Trasport
Sa 3 snin oħra l-cruise liners li jidħlu fil-Port il-Kbir se jitfu l-magni

B’investiment ta’ €50 miljun, 22 miljun minnhom mill-Unjoni Ewropea sa tliet snin oħra l-cruise liners li ser jidħlu fil-Port il-Kbir ser jitfu l-magni u ser jieħdu l-enerġija minn proġett li ser isir minn Infrastruture Malta. Il-Ministru Ian Borg qal li minn dan il-proġett ambjentali ser jibbenefikaw minn arja nadifa 51% tal-popolazzjoni li tgħix madwar il-Port il-Kbir.

Il-Ministru tal-Infrastruttura Ian Borg qal li l-Grand Harbour Clean Air Project ser iwassal biex il-cruise liners li jidħlu fil-Port il-Kbir ma jkollhomx aktar il-ħtieġa li jżommu l-magni mixgħula biex jibqgħu joperaw iżda jitqabbdu mas-sistema tal-enerġija minn fuq l-art. Sostna li dan ser iwassal biex l-emmissjonijiet ta’ gassijiet fl-arja ser jonqsu sostanzjalment għall-benefiċċju tal-popolazzjoni li tgħix madwar il-Port il-Kbir.

“Cruise liner 8 sigħat fil-Port iniġġeż daqs 300,000 karozza, jiġifieri l-karozzi kollha ta’ dan il-pajjiż li jivvjaġġaw darba mill-Mellieħa sa Marsaxlokk, daqshekk iniġġeż u n-nies ta’ madwar il-Port il-Kbir jixraqilhom arja nadifa wkoll għaliex aħna rridu aktar cruise liners u bastimenti jiġu imma rridu li jkollhom impatti pożittivi biss. Dan il-proġett ta’ €50 miljun, l-ewwel fażi 37 miljun u t-tieni fażi l-kumplament għandna 3 snin xogħol.”

Il-Grand Harbour Clean Air Project sab l-għajnuna finanzjarja tal-Kummissjoni Ewropea wara ħidma li saret mis-Segretarjat għall-Fondi Ewropej. L-Unjoni Ewropea rat il-ħtieġa li dan il-proġett għandu għall-konnettività bis-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi jgħid li fondi li ngħataw lil Malta huma addizzjonali għall-fondi li Malta ngħatat mill-budget tal-Unjoni Ewropea.

“Ser ikun kofinanzjat permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea €21.9 miljun li ġejjin mill-Connecting Europe Facility. Huma flus sostanzjali li ser ikun qed jiffaċilita l-finanzjament ta’ fażi importanti minn dan il-proġett li għandu effett pożittiv ambjentali jitnaqqsu l-emmissjonijiet u l-ħsejjes li jkunu ġenerati mill-vapuri fil-Port peress li l-enerġija elettrika minflok tkun ġenerata mill-vapur stess permezz ta’ konnettivita l-enerġija tiġi minn fuq l-art”.

Dr Zrinzo Azzopardi qal li bħal proġett li ser isir fil-Port il-Kbir biex il-cruise liners jintfew, il-Gvern qed jippjana li jagħmel l-istess għall-Port Ħieles f’Birżebbuġa ħalli anke vapuri li jaslu bil-merkanzija jintfew kemm idumu fil-Port Ħieles għall-benefiċċju tar-residenti fl-inħawi.

Aħbarijiet Oħra

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li fl-aħħar 24 siegħa 21 persuna f’Malta ħarġu pożittivi għall-Covid-19 minn fost 2,326 swab test. Ħabbru wkoll li 54 ruħ ġew dikjarati li fiequ mill-virus biex issa…

Il-Qorti ċaħdet il-mandat t’inibizzjoni mitlub mill-Malta Union of Teachers (MUT) b’rabta mar-rappreżentanza tal-akkademiċi fl-Università ta’ Malta u fil-Junior College. L-MUT talbet mandat biex l-Università ta’ Malta u d-Direttur għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet…

Min jitlef kartiera bil-flus fiha, normalent iroddilha salib, għax spiss jispiċċa ma jarahiex iktar, inkella tasal lura mbattla mill-flus. Ikun hemm ukoll, iżda, każijiet fejn il-kartiera tinstab minn ruħ tajba,…

Aktar