Agrikultura
Sa 50 sena oħra Malta jaf titlef daqs 214-il grawnd tal-futbol f’ħamrija

Jekk ix-xejriet tat-telf tal-ħamrija ma jinbidlux, sa ħamsin sena oħra Malta ser titlef 1.53 kilometru kwadru ta’ art, ekwivalenti għal 214 il-grawnd tal-futbol. Dan jirriżulta mir-rapport dwar l-istat tal-ambjent f’Malta bejn l-2008 u l-2015 maħruġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Sammy Vella, espert dwar l-agrikoltura, qal li t-telf tal-ħamrija jista’ jkun ikkontrollat b’aktar siġar u bil-ħitan tas-sejjieħ. Mal-61 kilometru kwadru – ftit aktar minn dsatax fil-mija mill-art Maltija – tinsab f’riskju moderat jew sever ta’ telf ta’ ħamrija.

Fir-rapport jintqal li l-ispiża nazzjonali biex jiġi rkuprat it-telf tal-ħamrija tlaħħaq kważi €8 miljun fis-sena.

Is-Sur Vella, qal li mas-snin iż-żieda fil-popolazzjoni wasslet għal ħtieġa ta’ żvilupp u infrastruttra ġdida b’konsegwenza li intilfet art għammiela. Qal li l-ħamrija f’siti ta’ kostruzzjoni suppost tingħata lid-Dipartiment tal-Biedja u titqassam lill-bdiewa. L-espert żied jgħid li mhux l-iżviluppaturi kollha jimxu ma’ din il-prassi.

“Min ikun irid iħammel, isib lil xi ħadd li huwa fil-qrib, forsi xi ħadd li jkun irid il-ħamrija għal raġunijiet estetiċi jew għal affarjiet ta’ divertiment, dak li jgħidulu leisure purposes, xi lukanda, xi ristorant li jrid ikollu l-ambjent madwaru pjaċoveli, u llum il-ġurnata hemm domanda għal ħamrija għal skopijiet ta’ lussu, aktar milli jista’ jaffordja jħallas il-bidwi,” spjega s-Sur Vella.

Ir-rapport tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, fost oħrajn, jinnota li l-ħitan tas-sejjeħ li jiġġarrfu mhux jiġu mibnija mill-ġdid, b’dan iwassal għal telf ikbar ta’ ħamrija li tinġarr l-aktar bix-xita.

“Fejn għandek żoni bħal hawnhekk, li r-raba’ kollu kien jiddependi fuq il-bini ta’ ħitan tas-sejjieħ li sar tul is-sekli li għaddew bi tbatija kbira, irridu noqogħdu attenti biex il-bidwi mhux sempliċiment nikkumpensawh talli produċa xi ħaġa, iżda nikkumpensawh ukoll biex isostni l-infrastruttura tar-raba’ tiegħu.”

Is-Sur Vella qal li l-ħitan tas-sejjieħ mhumiex biss metodu ta’ kontroll għall-konservazzjoni tal-ħamrija, iżda jirriflettu l-karattru tal-kampanja Maltija.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Huma ħafna l-Maltin li jkollhom seba’ mitt sena sakemm jasal is-sajf biex igawdu l-baħar u jqattgħu ġranet sħaħ jilagħqu x-xemx. Sa seba’ snin ilu, Fiona Sammut kienet waħda minnhom ….

Enerġija

Bil-limitazzjonijiet kbar tal-art għal solar farms, l-MCAST flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tax-Xjenza u t-Teknologija qed ikompli jesperimenta dwar solar farms fil-baħar madwar Malta biex tiġi ġenerata l-enerġija mix-xemx. L-MCASTqal li dal-proġett…

Kronaka

Sid ta’ ħanut fil-Mosta qed jappella għall-informazzjoni wara li raġel illum waranofsinhar seraq mobile u ħarab jiġri. Fil-filmat, li nqabad minn kamera tas-sigurtà, jidher jidħol fil-ħanut dan ir-raġel. Ftit tal-ħin…

Lokali

Wara l-mewt traġika ta’ Jean Paul Bonnett kawża ta’ xokk elettriku waqt li kien qed jaħdem fuq karru għall-karnival, tħassru l-attivitajiet tal-karnival li kellhom isiru fi tmiem il-ġimgħa. Il-Ministeru għall-Ġustizzja,…

Aktar