COVID-19
Sa 75 f’post wieħed u mhux iktar minn persuna għal kull 4 metri kwadri

Għalkemm mhumiex permessi attivitajiet tal-massa, jista’ jkun hemm sa massimu ta’ 75 persuna f’post wieħed sakemm hemm spazju għal persuna waħda għal kull erba’ metri kwadri f’uffiċini, teatri u mużewijiet.

Waqt il-bulettin mediku tal-lum, hija u twieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li diġà hemm fis-seħħ id-distanza ta’ persuna għal kull erba’ metri kwadri fir-ristoranti u fil-ħwienet tax-xorb.

Qalet li dan in-numru ħareġ mill-evidenza dwar kif jinfirex il-virus tal-Covid-19. Qalet li l-klijenti f’dawn il-postijiet m’għandhomx għalxiex jilbsu l-maskri iżda min qed iservihom irid jilbes maskra jew visor.

Ara wkoll:

Żewġ każijiet ġodda ta’ Covid-19, 8 oħra mfejqa