Barranin
Sa fl-aħħar Donald Trump jilbes il-maskra

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati midruba u dawk li jieħdu ħsiebhom.

F’kummenti li ta hekk kif ħareġ mill-White House, Donald Trump qal li hu qatt ma kellu xejn kontra l-maskri u li ħass li kellu jilbes waħda għax huwa żmien opportun li jagħmel dan.

Trump qabel kien qed jiddieħaq bl-idea li wieħed jilbes maskra u kien anki rredikola lir-rival tiegħu Joe Biden talli għamel dan.

Iżda f’kummenti li ta lill-ġurnalisti qal li ħass li kellu juri rispett lejn is-suldati midruba u jilbes maskra għaliex dawn huma nies vulnerabbli.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

COVID-19

L-awtoritajiet tas-saħħa kkonfermaw 14-il każ ġdid ta’ COVID-19 f’Malta wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,438 swab test. B’hekk il-każi attivi ta’ Coronavirus f’Malta telgħu għal 199. Il-Ministeru tas-Saħħa spjega…

COVID-19

Skont il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ nies li għandu nfettati bil-Covid-19, fejn investigazzjoni wriet li filwaqt li l-pajjiż qed jirraporta li għandu ‘l fuq minn 14,000 ruħ…

Barranin

Żewġ astronawti Amerikani rnexxielhom jinżlu b’suċċess fil-baħar wara l-missjoni tagħhom fl-ispazju. Il-kapsula msejħa Space X Dragon bl-astronawti Dough Hurley 7u Bob Behnken niżlet fil-golf tal-Messiku fejn imbagħad dgħajsa ġabret lill-astronawti…

Aktar