COVID-19
Sa ftit jiem oħra se jkunu telqu minn Malta mas-6,200 persuna

Fi ftit jiem oħra l-Gvern mistenni jgħin mal-500 persuna oħra biex jitilqu minn Malta u jmorru lura pajjiżhom minħabba li tilfu xogħolhom f’dan iż-żmien tal-Covid-19.

Dan qalu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, Evarist Bartolo, fuq il-midja soċjali, fejn spjega li dawn il-persuni sejrin il-Kolombja, Spanja, l-Albanija u l-Polonja.

Qal li s’issa l-Gvern Malti bagħat madwar 1,500 lejn il-Greċja, Franza, it-Turkija, Spanja, ir-Renju Unit, il-Bulgarija, l-Albanija, il-Bożnija, is-Serbja, il-Maċedonja ta’ Fuq u l-Italja. Dan filwaqt li matul Marzu l-Gvern diġà għen 4,200 oħra jmorru lura pajjiżhom.

Dan ifisser li minn meta bdiet il-pandemija f’Malta, sa ftit jiem oħra se jkunu telqu mas-6,200 persuna lura pajjiżhom.

Il-Ministru Bartolo kompla jgħid li qabel il-Covid-19 f’Malta kien jinħoloq 11,000 impjieg fis-sena, li 7,000 minnhom kienu jimtlew mill-barranin, għax ir-rata ta’ twelid f’Malta hija baxxa.

Dan wassal biex fl-aħħar snin kien hawn madwar 100,000 barrani jgħix f’Malta, li ssarraf f’qabża ta’ kważi 25% fuq il-popolazzjoni.

Qal li dawn il-ħaddiema għenuna nkabbru l-ġid u nsaħħu l-pensjoni u s-servizzi soċjali, kif ukoll is-saħħa, l-edukazzjoni u jkun hawn iżjed kummerċ u flus fl-idejn.

Ma’ dawn hemm ukoll il-miġja ta’ mijiet ta’ eluf ta’ turisti, li fl-2019 laħqu 2,800,000 turist. Hawn ukoll madwar 4,000 immigranti li telqu mill-Afrika ta’ Fuq.

Il-Ministru rrefera għal inħawi differenti tad-dinja fejn hemm tensjoni bejn ċittadini lokali u turisti barranin, bejn ċittadini lokali u ħaddiema barranin, u bejn ċittadini lokali u immigranti, u qal li f’pajjiżna kellna t-tlieta f’daqqa.

“Li niffullaw fuq xulxin iżjed milli nifilħu mhux għaqli,” qal il-Ministru Bartolo, waqt li sostna fuq l-importanza li jkun hemm bilanċ biex ikun jista’ joħroġ il-ġid mit-taħlit u mid-diversità.

Ara wkoll:

Il-Gvern b’6,000 talba ta’ ripatrijazzjoni mingħand barranin li jinsabu Malta

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangers il-ġodda tal-Kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ bħalissa qed tittella’ b’sistema li qed tintuża għall-ewwel darba f’Malta. L-istruttura li hija wiesa…

Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Qorti

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid intbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed u ġew ordnati jħallsu multa ta’ €8,691 kull wiehed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal…

Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa nbela’ min-nirien. L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa. Fuq il-post issejħu…

Aktar