Lokali
Sa qabel il-kriżi tal-coronavirus żdiedu n-nies li jaħdmu

Sa ftit qabel bdiet il-kriżi tal-coronavirus, is-suq tax-xogħol f’Malta kompla jikber b’żieda fil-ħaddiema full time u part time. Dan joħroġ mill-istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għall-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet. L-istħarriġ juri li n-nies jaħdmu fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet kienu jgħodd ftit aktar minn 258,000, 5.4% aktar mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.

Skont il-Labour Force Survey tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sa tarf is-sena li għaddiet, ir-rata tal-attività fis-suq tax-xogħol laħqet rekord ġdid b’sittin fil-mija tal-popolazzjoni li għandha aktar minn ħmistax-il sena kellha impjieg. Din ir-rata titla’ għal kważi 88% għal dawn li għandhom bejn 15 u 54 sena.

Iċ-ċifri juru li fl-aħħar kwart tas-sena, il-persuni li kienu qed jaħdmu skorrew il-258,000 persuna. Fl-istess perjodu, l-istħarriġ jistma li kien hemm ftit aktar minn 8,500 persuna bla xogħol. L-istħarriġ wera li fl-età ta’ bejn 15 u 64 sena r-rata tal-irġiel jaħdmu kienet ta’ aktar minn 83% filwaqt li r-rata fost in-nisa kienet ta’ kważi 64%

Il-parti l-kbira tal-popolazzjoni li taħdem li tgħodd aktar minn 222,000 kellha impjieg full time waqt li kważi 36,000 oħra kellhom impjieg part time li prattikament jaħdmu ġimgħa xogħol ta’ kważi 22 siegħa.

Skont il-labour force survey, l-paga medja fl-aħħar kwart tas-sena kienet ta’ €19,488.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Awtorità tat-Turiżmu (l-MTA) qalet li f’ġimgħa 12-il stabbiliment instabu jiksru l-protokolli biex titrażżan l-imxija tal-COVID-19 u se tittieħed azzjoni legali kontrihom. L-awtorità qalet li fl-aħħar tmint’ijiem, uffiċċjali tagħha għamlu ‘l…

Edukazzjoni

Il-Kunsill Studenti Universitarji, il-KSU esprima tħassib għax għad m’hemmx pjan alternattiv għall-eżamijiet tal-MATSEC li se jsiru f’Settembru. Fi stqarrrija l-KSU qal li s’issa l-eżamijiet għadhom se jsiru b’mod fiżiku fis-swali…

Lokali

Id-deputat Claudio Grech ippreżenta lill-ispeaker Anġlu Farrugia rapport tal-aħħar sena ħidma tal-Fondazzjoni Save A Life, li waqqaf flimkien ma’ martu, seba’ snin ilu. Is-Sur Grech spjega li jgħaddi l-onorarja parlamentari…

Aktar