Edukazzjoni
Sa tmiem Marzu l-istudenti se jiġu infurmati bid-deċiżjoni tal-awtoritajiet dwar l-eżamijiet

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol Owen Bonnici qal li kellu laqgħat ma’ rappreżentanti tal-Università, il-Bord tal-Matsec u persuni oħra dwar l-eżamijiet ta’ tmiem is-sena.

Il-Ministru Bonnici li kien qed iwieġeb mistoqsija supplimentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qal li l-laqgħa saret wara li diversi organizazzjonijiet għamlu proposti dwar dawn l-eżamijiet fid-dawl tal-kriżi tal-Covid 19.

Il-Ministru Bonnici irriafferma illi sa tmiem dan ix-xahar, l-istudenti li se joqogħdu għall-eżamijiet tal-benchmarking, tal-livell ordinarju, il-livell avvanzat u eżamijiet oħra post sekondarji se jkunu infurmati bid-deċiżjoni tal-awtoritajiet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru tal-Intern, Byron Camilleri qal li 10 suldati Maltin li jinsabu stazzjonati l-Libanu jinsabu tajbin. Dan qalu lbieraħ il-Ministru wara l-isplużjoni li seħħet f’Beirut li ħalliet mijiet midruba u għexieren…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal fi stqarrija li waqt laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista li saret it-Tlieta filgħaxija, talab biex jitħaddem bl-iktar mod rigoruż l-istatut il-ġdid tal-Partit għall-elezzjoni tal-Kap…

Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Aktar