Kurżitajiet
Sajda setgħet kienet fatali għal 3 itfal fil-Ġermanja…

Tliet itfal fil-Ġermanja għamlu sejba perikoluża huma u jistadu hekk kif tellgħu bomba u amunizzjoni tat-Tieni Gwerra Dinija minn qiegħ għadira f’Ohrdruf.

Mas-sejba, it-tfal ċemplu lill-pulizija.

Il-pulizija evakwaw iż-żona u ħeġġew lill-pubbliku jirraporta sejbiet simili bħal dawn.

Għadu mhux magħruf għalfejn dawn ġew mormija fl-għadira.

Dan mhux l-ewwel każ tax-xorti tiegħu hekk kif, fil-Ġermanja, ta’ spiss jinstabu bombi tat-Tieni Gwerra Dinija li jġibu magħhom evakwazzjonijiet kbar.

It-tfal kienu qed jistadu bil-kalamiti.

Aħbarijiet Oħra
Teknoloġija

Kemm il-darba tniżżel xi app fuq il-mowbajl, tgħaddas rasek, u tagħfas ok jew next darba, darbtejn, tlieta bla kas ta’ xejn? Kulħadd jagħmilha. U, f’dawn iċ-ċirkostanzi, virus ma trid xejn biex tibilgħu. Imma, kif…

Televiżjoni u Radju

Dalgħodu Quinton, Clara, Chris u Melvic bdew il-ġurnata bid-daqquqa u ħafna staqsew x’ġaralhom? Għal ftit minuti, b’daħk bla waqfien ma felħux ikomplu jippreżentaw hekk kif spiċċaw b’mistieden bla ħsieb. Waqt…

Radju

Mario Laus, l-iżgħar minn sitt aħwa, twieled San Ġiljan. Ħadem ta’ elektrixin, imbagħad, għal kważi erbgħin sena, bħala fizzjal id-dwana. Illum, Mario Laus ilu jagħmel ix-xogħol ta’ DJ għal dawn…

Saħħa

Bosta minna, ta’ tfal żgħar li konna, meta kien imissna nieħdu xi tilqima, żgur li ma konniex nieħdu gost. Il-labbra kienet twerwirna lkoll, ngħiduha kif inhi. U, magħna, il-ġenituri tagħna…

Aktar