Festi
Sajf 2020 – mistennija jsiru l-akbar marċi f’Malta

Id-dilettanti tal-festi ma qatgħux qalbhom mill-isfidi li qed toffrielna l-2020 u minkejja li għall-bidu deher li kien se jkollna sajf mneżża’ mill-brijju u l-ixxalar fit-toroq u l-pjazez madwar Malta u Għawdex jidher li r-realtà se tkun xort’oħra.

tvm.com.mt jinsab infurmat li wħud fost l-akbar marċi tal-festi f’pajjiżna mistennija jsiru fil-ġimgħat li ġejjin, bl-ewwel wieħed ikun dak ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Fl-aħħar ġimgħat kawża tal-imxija tal-Covid-19 kellhom jitħassru l-festi esterni. Imbagħad, ġaladarba kollox deher ġej lura għan-normal, mill-1 ta’ Lulju l-knisja f’Malta ordnat li l-festi jiġu ċċelebrati f’forma ta’ Quddiesa Solenni u permezz ta’ pellegrinaġġi mat-toroq. Dan l-aħħar, iżda, il-pressjoni żdiedet ġmielu biex isiru l-marċi fil-gżejjer Maltin.

F’dan l-isfond, f’dawn l-aħħar jiem delegazzjoni tal-Eżekuttiv tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda kellha laqgħa mal-għola uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija. Matul liema laqgħa, fost l-oħrajn, ġie deċiż li l-każini jistgħu japplikaw għall-attivitajiet esterni.

Sors: Għaqda Każini tal-Banda

 

Fost il-lokalitajiet li kienu minn tal-ewwel biex japplikaw għall-permessi meħtieġa, il-Kalkara. F’liema lokalità, il-marċi taż-żewġ każini fi ħdanha mistennija jsiru għalihom fuq medda ta’ żewġt iġranet.

Huwa mifhum li aktar għaqdiet se jkunu qed japplikaw għall-marċi rispettivi fil-lokalitajiet tagħhom, b’informazzjoni li kiseb dan is-sit minn għadd ta’ partitarji midħla ta’ għadd ta’ għaqdiet tindika li se jkunu qed isiru minn marċ wieħed sa tnejn matul il-ġimgħa tal-festa.

Fost l-oħrajn, il-lewn ħadrani, iċ-ċelest u l-aħmar mistennija jiksu wħud mill-aktar marċi brijużi fil-gżejjer Maltin bħal dak li jżewwaq ‘il Ħaż-Żabbar u ‘l-Ħamrun. Liema lokalitajiet, hu mifhum li huma fost dawk l-aktar għatxana biex jagħmlu l-marċi rispettivi tagħhom matul dan is-sajf.

Marċi 2020

L-akbar marċi 🥳 f'Malta qed isiru! Il-finanzi 💸 l-akbar sfida.Inti lest li tmur wieħed minnhom?Aqra aktar: https://www.tvm.com.mt/mt/news/sajf-2020-mistennija-jsiru-l-akbar-marci-fmalta/Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar AD 1883 Għaqda tal-Mużika San Gejtanu AD 1906 Paġna Uffiċjali Soċjetà Filarmonika Santa Marija Mosta Kummissjoni Żgħażagħ Ġużeppini Ħamrun – A.D. 1985 Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri (Qormi)

Gepostet von Television Malta am Dienstag, 21. Juli 2020

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Illejla, il-preżentatur popolari Ben Camille u martu Xtina għad kif kellhom tarbija għat-tieni darba. Wara Elle, il-koppja kompliet tkattar il-familja b’George. Permezz ta’ post fuq Facebook il-preżentatur ħabbar li Xtina…

Televiżjoni u Radju

Fl-aħħar nett, Howard Keith Debono se jkun qed jaħdem id f’id ma’ Sarah Zerafa, Ray Attard u Maxine Aquilina bħala membru tal-ġurija ta’ ‘Malta’s Got Talent’ fix-xhur li ġejjin. Howard Keith Debono…

Televiżjoni u Radju

It-tielet membru tal-ġurija ta’ ‘Malta’s Got Talent’ għadu kemm ġie magħruf. Il-parteċipanti se jkollhom jgħaddu wkoll mill-għarbiel tal-voti ta’ Maxine Aquilina. Maxine Aquilina hija attriċi li fost l-oħrajn tħarrġet fil-musicals…

Televiżjoni u Radju

Maġenb Sarah Zerafa, Ray Attard se jkun qed jgħid tiegħu wkoll bħala membru tal-ġurija ta’ ‘Malta’s Got Talent’ quddiem l-għadd ta’ parteċipanti li fix-xhur li ġejjin mistennija jittantaw xortihom fuq il-palk bil-għan…

Aktar