Barranin
Sajjetta toqtol 16-il persuna fi Knisja

Sajjetta qatlet minn tal-inqas 16-il pesuna u darbet 140 persuna Oħra. Dan wara li laqtet Knisja fl-Irwanda.

Ħafna mill-vittmi mietu kiesaħ u biered fuq il-post meta l-Knisja li tinsab fid-distrett tan-Nofsinhar ta’ Nyaruguru nlaqtet mis-sajjetta. Żewġ persuni oħra mietu l-isptar.

Tliet persuni mill-140 li ndarbu huma f’qagħda Kritika.

L-inċident seħħ is-Sibt għall-ħabta ta’ 12pm waqt Quddiesa.

Fl-aħħar ġimagħtejn ingħalqu mas-700 Knisja fl-Irwanda minħabba li ma kellhomx l-apparar meħtieġ li jilqa’ għas-sajjetti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġt irġiel spiċċaw fl-idejn meta kienu abbord ajruplan tar-Ryanair f’titjira minn Prestwick fi Glasgow għal Tenerife. Filmati miġbuda minn passiġġiera li kienu fuq l-ajruplan juru raġel bid-demm ma’ wiċċu wara…

Ambjent

Balena li nġarret mejta mal-kurrent fil-Filippini xxokkjat lir-riċerkaturi meta sabu li fl-istonku tagħha kellha mal-40kg plastik. Il-ħaddiema ta’ D’Bone Collector Museum kitbu fuq Facebook li l-balena kellha l-istonku mimli plastik,…

Barranin

Tfajla li marret biex tiġbor iż-żarbun tat-tieġ sabet sorpriża kbira tistennieha. Meta marret biex tiġbor iż-żarbun, sabet li fil-qiegħ tiegħu kien hemm messaġġ miktub mingħand ommha. F’Diċembru, 2016, Emma Letts,…

Barranin

Il-Forzi tas-Sigurtà Olandiżi arrestaw Tork ta’ 37 sena suspettat li kien l-agressur fi sparatura fil-belt ta’ Utrecht, li ħalliet tliet persuni mejta u ħamsa oħra midruba. L-aggressur huwa raġel Tork…

Aktar