Lokali
Sajjieda jħejju biex imorru għal-lampuki

Jonqos madwar 24 siegħa biex is-sajjieda Xlukkajri jħallu l-Port ta’ Marsaxlokk sabiex jitfgħu l-kannizzati, biex fil-15 ta’ Awwissu jibda l-istaġun tal-lampuki.

“Kulħadd qiegħed fuq l-ansjetà biex jeħles minn dan li aħna ngħidulu, l-ikbar uġigħ ta’ ras, dal-periklu, biex ikollok il-kanizzata diġà qegħdin jaħdmu għalik bħala sajjied” qal sajjied Xlukkajr.

Joe Demicoli, huwa wieħed mis-sajjieda Xlukkajri li sibna max-Xatt ta’ Marsaxlokk, jipprepara l-knatan tqal, biex jitgħabbew fuq il-bastimenti tas-sajd ħalli min-nofs il-lejl tal-Ħamis joħorġu u jitfgħu l-kanizzati fil-baħar. Dan biex mis-16 ta’ Awwissu jibdew idaħħlu lejn l-art l-ewwel qabdiet tal-lampuki. L-istaġun jagħlaq fil-31 ta’ Diċembru.

“Il-proċess jibda matul is-shoulder months meta s-sajjied, ngħidu hekk, ma jkollux daqshekk impenn. Allura jibda jipprepara dawn, li huma l-kanizzati, jew kif ngħidulhom hawn isfel, is-sufri. Dawn ġablo li jintrabtu fi xkejjer u jintrabtu. Jinħadmu dawn li ngħidulhom l-istrop ta’ taħt ras iċ-ċima, li miegħu jintrabat il-palm u jintbatat mal-kantun li jintrema mill-qiegħ, U il-kantun isorġu lil din il-float biex il-lampuki eventwalment joqgħġodt taħt id-dell tal-palm” qal Joe.

Minn Marsaxlokk, mistennija joħorġu mal-130 bastiment. Kull bastiment ikollu medja ta’ 150 ċima, li jitfgħu bejn tlieta u erba’ ċimi kull mil nawtiku, bis-sajd isir bejn 8 mili nawtiċi u 100 mil nawtiku ‘l barra minn Malta. Dawn ikunu kollha kalati fuq pożizzjoni li tkun telgħet bil-polza. Iżda Joe Demicoli jispjega li mhux kollox hu ward u zahar għax mhux l-ewwel darba jsibu sajjieda oħra fuq iċ-ċima tagħhom.

Joe qal “li hu żgur li ramaw ħafna ġirien tagħna, Tuneżini li nsibuhom ta’ xkiel għalina. Għandek it-Taljani li infurmati li waslu sal-Golf ta’ Napli. Jiġifieri l-lampuka m’għadhiex bis-sistema li ħloqniha aħna l-Maltin bil-kanizzati, iżda issa din it-teknika hija mfittxija minn sajjieda ġirien tagħna. Anke l-Ispanjoli diġà qed jagħmlu l-istess”.

Huwa qal li bħala sajjieda, talbu l-assistenza tal-Forzi Armati, il-Pulizija tal-ALE u ta’ Transport Malta biex jissorvelaw bċejjeċ oħra tal-baħar, bħal cabin criuses li kull sena jagħmlu ħsara apposta lill-kanizzati.

“Jekk jogħġobkom tmorrux ‘il barra għax jekk tgħaddi minn ma’ ċima tkun qed ittellef l-qbid tagħha f’dik iċ-ċima” qal Joe.

Intant, fl-aħħar jiem, is-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri waqt laqgħa ma’ diversi sajjieda ħabbar li ż-żbir tal-palm għas-sajd tal-lampuki daqshekk se jibqa’ jsir mis-sajjieda, u se jibda’ jsir mill-Gvern. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana laqgħet b’sodisfazzjon dan il-fatt u qalet li b’kollox tqassmu 3,775 werqa tal-palm lis-sajjieda Għawdxin reġistrati full-time jew part-time.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Caven Cutajar ta’ 48 sena miż-Żurrieq wieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ vjolenza domestika kontra s-sieħba tiegħu fosthom biża’ li ser tintuża vjolenza kontra tagħha u li ħebb għaliha. Il-prosekuzzjoni…

Qorti

Emanuel Cilia, raġel ta’ 68 sena, tressaq il-Qorti akkużat li darab lill-eks sieħba tiegħu, heddidha bil-mewt, kiser il-paċi pubblika u li wassalha għall-biża’ li se tintuża l-vjolenza kontriha u kontra…

Qorti

Kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Alfred u George Degiorgio u Angelina Pop akkużati b’ħasil ta’ flus. Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud xehdu diversi rappreżentanti ta’ kumpaniji tal-assikurazzjoni li taw rendikont…

Qorti

Tressaq il-Qorti Charlot Gauci li kien ilu li għeb għal dawn l-aħħar sentejn u jinsab akkużat li ffroda €16,000 lil Luigi Susino u Catherine Zammit. F’dawn is-sentejn Gauci qatt ma…

Aktar