Barranin
Sajjieda jsalvaw 30 persuna ’l barra mil-Libja – 67 maħsuba mejta

Għexieren ta’ persuni huwa maħsub li għerqu lbieraħ filgħaxija ’l barra mill-kosta Libjana.

L-aħbar ingħatat mill-organizzazzjoni Alarm Phone, li qalet li l-informazzjoni waslet mingħand sajjieda li kienu f’din iż-żona.

Qed ikun irrappurtat li s-sajjieda salvaw madwar 30 persuna li sabu fil-baħar, iżda mas-67 persuna oħra x’aktarx li għerqu.