Elezzjoni
Sakemm għandek ċans tiġbor il-vot?

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar illi l-votanti li għadhom ma ġabrux id-dokumenti għall-vot relatat mal-elezzjonijiet imsemmija jistgħu jiġbruhom personalment illum sal-10pm u għada mit-8am sa nofs il-lejl mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.

Għall-votanti rreġistrati fuq Malta, il-voti jistgħu jinġabru mill-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar; u għall-votanti rreġistrati fuq Għawdex, mill-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex.

Kull votant għandu jattendi personalment bil-karta tal-identità jew tar-residenza tiegħu.  Mingħajr id-dokument/i għall-votazzjoni ħadd ma jkun jista’ jivvota nhar is-Sibt f’jum il-votazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-regoli Ewropej ma jippermettux lil Malta biex tagħmel kontrolli estensivi fil-fruntiera. Huwa rrikonoxxa l-kompetizzjoni inġusta li qed jesperjenzaw in-negozji ż-żgħar minħabba kuntrabandu li jidħol…

Immigrazzjoni

Il-vapur Ocean Viking, operat mill-għaqdiet mhux governattivi SOS Medieranee u Medecins Sans Frontieres, salva 36 immigrant ieħor minn fuq dgħajsa tal-injam li kienet f’diffikultà fl-ibħra Maltin. Kelliema għall-Forzi Armati qalet…

Qorti

Immigrant żagħżugħ ta’ 16-il sena li gidem uffiċjal tad-detenzjoni hekk kif prova jaħrab miċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal Safi jumejn ilu baqa’ miżmum arrestat. Iż-żagħżugħ irnexxielu jiddendel mal-fence taċ-ċentru tad-detenzjoni u…

Kostruzzjoni

Il-President tal-għaqda tal-iżvilupatturi Sandro Chetcuti ikkundana mingħajr tlaqliq ir-rimi ta’ skart tal-kostruzzjoni f’ambjent naturali u fil-wied tal-Imġarr. Huwa qal li l-MDA għandha ħjiel ta’ minn rema l-iskart tal-kostruzzjoni f’wied fl-Imġarr…

Aktar