COVID-19
“Jekk il-kuntratt ma jkollux klawsola dwar il-Force Majeure, il-kirja ma tiqafx awtomatikament”

Fost diversi rapporti li sidien ta’ propjetajiet residenzjali u kummerċjali qegħdin inaqqsu l-kirjiet minħabba l-għafsa tal-coronavirus, jidher li m’hemmx ċarezza legali jekk f’sitwazzjoni bħal din magħrufa bħala Force Majeure li minħabba fiha bosta ħwienet ġew ordnati jagħlqu jiskattax awtomatikament id-dritt tal-inkwelin li ma jħallasx il-kirja lis-sid.

TVM staqsa għall-opinjoni legali tal-avukat Hugh Peralta.

L-avukat Hugh Peralta spjega li sakemm fil-kuntratt tal-kirja ma jkunx speċifikat il-prinċipju tal-Force Majeure, il-ħlas tal-kirja ma jistax jieqaf awtomatikament.

Spjega li ċ-ċirkustanzi straordinarja ta’ issa u f’każ li tqum kwistjoni bejn il-kerrej u s-sid tal-propjetà, jkollha tkun il-qorti li tapplika l-providimenti tal-liġi jew prinċipji legali ġenerali.

“Ma nafx bl-ebda deċiżjonijiet tal-Qrati f’ċirkostanzi bħal dawk preżenti. Il-liġi u lanqas u mhu se ssib ir-risposta fil-liġi miktuba. Trid tmur ftit fl-antik fi żmien ir-Rumani u prinċipju legali tagħhom, li jgħid illi meta jkun hemm inċident bħal dan issofrih is-sid il-proprjetaru tal-oġġett jew il-persuni li tkun ġarbet dak it-tiġrif. Dan jgħidulu casus sentit dominus.

Dr Peralta qal li jekk tqum din il-kwistjoni fil-qrati jistgħu jsiru bosta argument bejn il-partijiet,kif spjega wkoll il-Prim Ministru Robert Abela aktar kmieni dil-ġimgħa.

“Hemm min qed jagħmel l-argument li din hi Force Majeure allura ġaladarba l-post ġie magħluq mill-Gvern il-kirja mhux dovuta dak hu argument legali mhux se nesprimi l-opinjoni tiegħi hemm opinjonijiet differenti.”

Fl-aħħar mill-aħħar tkun il-qorti li wara eżami bir-reqqa tal-fatti tiddeċiedi jekk il-katina tal-isfortuna tibqax sejra ukoll fuq il-propjetarju tal-fond la darba ċ-ċirkustanzi straordinarji ġabu lill-kerrej bla mezz biex iħallas lis-sid.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“IRBAĦT!” Hekk beda l-messaġġ tiegħu l-Ġimgħa filgħodu fuq facebook Martin Attard li kien fost l-ewwel pazjenti f’Malta li rriżulta pożittiv għall-COVID-19. “Wara xahar u ġurnata rnexxieli nkissrek jien aaa Virus…

Reliġjon

Filwaqt li l-vari u l-purċissjonijiet ser jibqgħu ġewwa minħabba restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet pubbliċi biex titrażżan l-imxija tal-Covid-19, diversi Kunsilli Lokali, Parroċċi, għaqdiet u individwi xorta waħda fittxew modi kif ifakkru…

Ippjanar u bini

Grupp ta’ residenti ta’ Pembroke, bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali ta’ Pembroke, San Ġiljan u Swieqi u ta’ għaxar għaqdiet, tennew l-oppożizzjoni tagħhom għall-proġett tal-Grupp DB flok l-Istitut tal-Istudji turistiċi, u ħeġġew…

Aktar