Stejjer Umani
Sakemm saqajja tkun fil-qabar jien se nibqa’ niġġieled – mara li kellha kanċer 3 darbiet

Rimona Mifsud kellha l-kanċer tliet darbiet… Kif irnexxielha tiġġieled din il-marda? U kemm hu importanti li tiċċekkja lilek innifsek qabel ikun tard wisq?

Rimona ġiet wiċċ imb wiċċ mal-kanċer għall-ewwel darba ħmistax-il sena ilu.  Fieqet u kompliet b’ħajjitha… sakemm sitt snin wara reġa’ tfaċċalha l-kanċer għat-tieni darba.  Fuq tlieta toqgħod il-borma u Rimona reġa’ ħarġilha l-kanċer għat-tielet darba. Din id-darba kellha tieħu l-kimoterapija li kissritha.

Mhux darba u tnejn li misset xagħarha u ġie f’idejha. Lanqas il-parrokka ma setgħet tissaporti.  Rimona m’għandhiex kliem biżżejjed biex trodd ħajr lil uliedha u lill-ġenituri li kienu l-bastun li serrħet fuqu.

Rimona ma kinitx tieqaf tibki… realtà li skont il-psikologa fl-Isptar tal-Onkoloġija, Benna Chase hi xi ħaġa tajba għax il-pazjenti qed joħorġu l-emozzjonijiet tagħhom.

Dr Benna Chase hi l-unika psikologa f’dan l-isptar tal-onkoloġija. Ilha taħdem ma’ dawn il-pazjenti 23 sena u fis-sena tara madwar 200 każ ġdid ta’ pazjenti bil-kanċer.

Kull sena f’Malta aktar minn 300 mara tiskopri li għandha kanċer fis-sider. F’temp ta’ 8 snin kemm ilu għaddej il-programm nazzjonali tal-iscreening fis-sider, intbagħtu mal-150,000 stedina.

Din is-sena diġà saru aktar minn 10,000 test għall-kanċer tas-sider. Minnhom instabu aktar minn 40 każ ġdid ta’ kanċer tas-sider fin-nisa.  Dr Xuereb spjegat li l-programm miftuħ għan-nisa li għandhom bejn 50 u 67 sena.

Għalkemm Rimona għadha taħseb, torqod u tqum taħseb fil-kanċer, appellat lin-nisa biex jagħmlu l-iscreening li jieħu ftit ħin.  B’għajnejha jleqqu, Rimona beżgħat li se tmut u tħalli warajha lil uliedha Alessia u Ylenia, li qalu lil TVM li ommhom hi l-mimmi ta’ għajnejhom.

Rimona hi żgur xempju għal min għandu kull tip ta’ mard jew kanċer fis-sider. Jekk għandek il-kanċer u marid, taqtax qalbek. Ħares lejn Rimona u għamel kuraġġ.

Ara hawnhekk l-istorja ta’ Rimona f’dan is-servizz li deher fil-programm TVMi Insights.

TVMi Insights jixxandar il-Ħadd fil-10.45pm u tista’ terġa’ tarah fuq TVMi.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Begtash Muka, Albaniż ta’ 27 sena, tressaq il-Qorti akkużat li l-Ħadd filgħodu bejn id-9am u l-9.45am daħal mingħajr permess fil-barracks ta’ Ħal Safi bil-ħsieb li jagħmel reat. Muka kien ilu…

Qorti

Sewwieq ta’ mutur se jingħata iktar minn €20,000 f’kumpens għad-danni li sofra meta kien involut f’inċident tat-traffiku 4 snin ilu. Agostino Schembri kien indarab serjament meta kien qed isuq il-mutur…

Kronaka

Għall-ħabta tal-4.00 ta’ waranofsinhar il-Forzi Armati tellgħu katavru ta’ mara mill-baħar. Il-katavru ntlemaħ fl-inħawi ta’ Għar Lapsi, bil-Pulizija li daħlitilha l-ewwel informazzjoni ftit qabel it-3.30pm. L-ewwel tfittxija għall-katavru bdiet b’ħelikopter…

Qorti

It-tanker M/T Krone, irreġistrat Sierra Leone, ġie ordnat mill-Qorti biex iħallas is-somma ta’ €138,455.55 għal servizzi marittimi mogħtija mill-kumpanija Maltija Mediterranean Trading Shipping. Il-kumpanija fetħet kawża f’Settembru li għadda biex…

Aktar