Barranin
“Sal-aħħar tax-xitwa… titlaqqam, tirkupra jew tmut” – il-Ministru tas-Saħħa Ġermaniż

Il-Ministru Ġermaniż għas-Saħħa Jens Spahn għamel twissija serja fil-konfront ta’ dawk li għadhom ma tlaqqmux. F’konferenza tal-aħbarijiet huwa qal li sal-aħħar tax-xitwa jekk ma titlaqqamx, l-uniku toroq li jifdallek huma li tirkupra jew tmut.

Bħalissa l-Ġermanja għaddejja mir-raba’ mewġa tal-Covid-19 b’żieda drammatika fil-każijiet, sptarijiet iffullati u b’waħda mill-inqas rati ta’ tilqim fejn 68% ħadu t-tilqima b’mod komplut.

Il-Gvern Ġermaniż qed iħejji għal iktar restrizzjonijiet fil-konfront ta’ dawk li għadhom ma ħadux il-vaċċin fejn mistennija jiġu esklużi milli jidħlu f’ċertu postijiet.

Spahn esprima ruħu kontra l-obbligu tat-tilqima iżda insista li huwa obbligu morali li persuna titlaqqam minħabba l-effetti fuq nies oħra.

Mindu feġġet il-pandemija fil-Ġermanja mietu madwar 99,000 ruħ li kellhom il-virus. Fl-istess waqt madwar ħames miljun u erba’ mitt elf ruħ ġew infettati b’dan il-virus.