COVID-19
Sal-lum 4 persuni f’Malta kellhom il-Covid-19 u rkadew

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci qalet li sal-lum f’Malta kellna erba’ persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19, ġew dikjarati li rkupraw mill-virus iżda wara xi żmien dawn reġgħu irriżultaw pożittivi għall-coronavirus.

Tkellmet ukoll dwar kif erba’ persuni irriżultaw pożittivi għall-virus għat-tieni darba wara li kienu irriżultaw negattiv. Qalet li dan hu minħabba li jew il-virus ikun rieqed, jew għaliex il-persuni jerġgħu jinfettaw ruħhom.

Il-Professur Gauci qalet li persuna tiġi ddikjarata li fieqet mill-Covid-19 wara li tirriżilta negattiva għall-virus, u wara 3 ijiem mingħajr ebda sintomi, jerġa’ jsirilha swab test u jerġa’ joħroġ negattiv.

Spjegat li hemm żewġ xenarji meta persuna terġa’ tirriżulta pożittiva għall-Covid-19 wara li jgħaddi ż-żmien. Xenarju minnu hu meta l-persuna terġa’ tirkadi mill-infezzjoni, filwaqt li x-xenarju l-ieħor hu meta l-persuna terġa’ tiltaqa’ mal-virus u għalhekk reġgħet ġiet infettata mill-ġdid.

Qalet ukoll li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jevalwaw dawn l-erba’ każijiet u qed isegwu l-pariri tal-ECDC dwar kif jikklassifikawhom. Saħqet li huwa importanti li jekk persuna jkollha sintomi, iċċempel 111 biex terġa’ tagħmel swab test.

Ara wkoll:

Ifiqu 70 persuna mill-Covid-19 f’Malta – jinstab 31 każ ġdid