Lokali
Sala tal-midja fil-Parlament Ewropew tissemma għal Daphne Caruana Galizia

Fil-Parlament Ewropew saret ċerimonja biex waħda mis-swali tal-media ssemmiet għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Iċ-ċerimonja kienet ippreseduta mill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.

Preżenti r-raġel tal-ġurnalista, l-Avukat Peter Caruana Galizia, u uliedhom: Matthew, Andrew u Paul.

F’ ċerimonja qasira li matulha waħda mis-swali tal-media tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu ssemmiet għall-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku, żewġha, Dr Peter Caruana Galizia. Huwa ddeskriva lil Daphne Caruana Galizia bħala mara straordinarja.

” My wife was killed because she mattered, because the powerful were afraid of her and the criminal were infuriated by her. When all legal means were exhausted, when all illegal threats have proven ineffective, there was only one solution left,” qal Peter Caruana Galizia. “My wife was executed suddenly, violently and mercilessly, a few metres from the home in which we raised our family. The threats Daphne faced only escalated, there remain 47 libel cases pending against her, including five criminal defamation cases. My sons and I continue to fight 36 of these cases.”

Hu semma ż-żmien iebes li għaddiet minnu l-familja kollha, inkluż uliedu, minħabba x-xogħol ta’ martu. Dr Caruana Galizia qal li Daphne se tibqa’ tgħix fi tliet uliedhom, fin-nies li għażlu li jipproteġu l-legat tagħha u fil-kuraġġ ta’ wħud mill-ġurnalisti, fil-vuċi tal-poplu kontra l-inġustizzji u issa fil-Parlament Ewropew.

Intant il-Parlament Ewropew, minbarra din is-sala, mistenni jibda jagħti premju imsemmi għal Daphne Caruana Galizia għal xogħol ġurnalistiku investigattiv.

Aħbarijiet Oħra
Passatemp

F’inqas minn 15-il sena, il-logħob uffiċjali nfirex mil-lottu, is-Super 5 u l-lotterija nazzjonali għal diversi logħob ieħor marbut mhux biss man-numru iżda wkoll ma’ attivitajiet sportivi fost oħrajn. Għalkemm is-sensazzjoni…

Infrastruttura

Il-Grupp Express, li jopera fit-trasport u l-loġistika, waqqaf kumpanija ġdida fl-industrija tal-manifattura: Express Trailers Engineering. Din il-kumpanija se timpjega 25 ħaddiem, u se jaħdmu xogħol ikkummissjonat minn kumpanija Żvediża li…

Annimali

Uħud sufin u oħrajn qishom tigri żgħar – qtates ta’ razez differenti qed jikkompetu f’wirja internazzjonali li qed issir f’Malta li tixhed ukoll id-dilletanti numeruzi ta’ dawn l-annimali domestiċi. Aktar…

Ekonomija u Finanzi

L-aġenzija internazzjonali Standard and Poor ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-Livell A- bi prospetti pożittivi wara li l-ekonomisti tagħha sabu li l-ekonomija Maltija kompliet tikber b’pass mgħaġġel, b’żieda fl-impjiegi u tnaqqis…

Aktar