Salvataġġ ieħor ta’ immigranti minn organizazzjoni privata

Fit-tielet u l-aħħar operazzjoni ta’ salvataġġ mill-Migrant Offshore Aid Station (MOAS), kienu salvati 97 immigrant illegali f’inqas minn 24 siegħa.

Permezz tal-bastiment ‘Phoenix’, il-membri ta’ MOAS wara li ngħataw direzzjoni miċ-ċentru marittimu ta’ salvataġġ ta’ Ruma, illokalizza d-dinghi bl-immigranti fuqu.

Fost is-97 immigrant kien hemm erba’ nisa li waħda minnhom kellha sitt xhur tqala. Huma kienu ilhom 12-il siegħa fuq il-baħar wara li telqu mil-Libja.

L-immigranti qalu li kienu ġejjin mill-Gambia, s-Senegal, l-Guinea Bissau, in-Niġer, l-Mali, Sierra Leone u Benin.

L-immigranti ttellgħu abboard il-bastiment tal-MOAS fejn kien hemm staff mediku li ra’ l-ħtiġijiet ta’ saħħithom u provdilhom ikel u ilma.

L-immigranti tniżżlu l-Italja.

MOAS hija għaqda mhux governattiva privata li twaqfet bil-gġan li ssalva l-ħajjiet fil-baħar Mediterran billi tipprovdi għajnuna liċ-ċentri ta’ kordinazzjoni u salvataġġ fir-reġjun. 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Koppja Franċiża tinsab f’baħar inkwiet wara li għamlu xi ħaġa li ħasbu ma kien fiha xejn ħażin waqt li kienu fuq btala fl-Italja. Il-koppja riedet iżżomm tifkira ta’ bajja partikolari…

Barranin

Il-Prim Ministru Taljan, Giuseppe Conte ta r-riżenja tiegħu fis-Senat wara li qal tiegħu dwar il-kriżi li jinsab fiha l-Gvern Taljan. F’diskors li dam madwar siegħa, Conte kkritika bl-aħrax lill-Ministru tal-Intern…

Barranin

Twitter u Facebook ħadu passi biex jimblokkaw dak li ddeskrivew bħala kampanja ta’ misinformazzjoni li għaddejja bl-appoġġ taċ-Ċina. Twitter qal li neħħa 936 account li qal kienu qed jintużaw biex…

Aktar