Immigrazzjoni
Salvati 75 immigrant

Grupp ta’ 75 immigrant, li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma, se jiddaħħlu f’Malta fil-ħin li ġej. L-immigranti nstabu mill-Forzi Armati ta’ Malta u ġew tasferiti fuq il-Patrol boat P22. Fi stqarrija maħruġa mill-Forzi Armati ta’ Malta ngħad li l-Forzi Armati ta’ Malta u l-Gwardja tal-Kosta Taljana lbieraħ filgħaxija wettqu numru ta’ operazzjonijiet ta’ salvataġġ bl-għajnuna tal-Gwardja tal-Kosta Libjana. Il-Gwardja tal-Kosta Taljana se tieħu għadd ta’ immigranti oħra f’Lampedusa.

Fl-aħħar operazzjoni ta’ salvataġġ, is-Sibt li għadda, il-Forzi Armati ta’ Malta daħħlu 216-il immigranti f’Xatt it-Tiben. L-immigranti kien ġew salvati f’żewġ operazzjonijiet separati ta’ salvataġġ fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà fuq żewġ dinghies.

Aħbarijiet Oħra
Mużika

‘Touch’ hija diska ġdida mill-kantant Sebastian, u għandha filmat mużikali mżewwaq bil-lirika li tkompli mad-diska. Sebastian ħadem ma’ Matteo Depares u Aidan Cassar minn Wicked & Loud għall-kliem u l-mużika…

Kronaka

Ġuvnott ta’ 15-il sena sofra ġrieħi gravi wara li dal-lejl ittajjar f’San Ġiljan. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq Sant Andrija għall-ħabta tas-1.00am. Il-ġuvnott, li huwa barrani u jgħix San…

Kisbiet

Kuntistabbli tal-Pulizija kklassifika fit-tieni post fl-Olimpijadi tal-Pulizija li saru fiċ-Ċina. Din kienet l-ewwel darba li l-korp tal-pulizija ħa sehem f’dawn l-Olimpijadi. Il-Kuntistabbli, Andrew Grech li hu wkoll atleta rinomat f’pajjiżna,…

Aktar