Barranin
Salvati minn gżira fil-Paċifiku bis-saħħa tal-SOS fir-ramel

Xeni li iktar imdorrijin naraw f’xi film, iżda li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet żvolġew fir-realtà fuq gżira mhux abitata fil-Paċifiku.

Tliet baħrin spiċċalhom il-fjuwil tad-dgħajsa ċkejkna tagħhom, u spiċċaw maqbuda fuq il-gżira Pikelot fil-Mikroneżja, mingħajr mezzi biex jikkuntattjaw lill-awtoritajiet għall-għajnuna.

Wara li kienu ilhom neqsin tlett ijiem, ħelikopter tad-difiża Awstraljana li kien fi triqtu lejn il-Hawaii lemaħ il-kliem SOS miktub fir-ramel, u niżżel lit-tliet irġiel provvisti ta’ ikel u xorb.

Minn hawn ġew avżati bis-sejba l-awtoritajiet tal-Mikroneżja, li bagħtu trasport għat-tliet irġiel.

Aħbarijiet Oħra

Fl-Indja fetaħ mill-ġdid għat-turisti t-Taj Mahal wara 6 xhur magħluq minħabba l-pandemija. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja li l-Indja hu l-agħar pajjiż milqut mill-imxija.Bħalissa fl-Indja hemm iktar minn 5 miljun persuna…

Il-mewt ta’ mijiet ta’ ljunfanti f’daqqa fil-Botswana iktar kmieni din is-sena qajjem tħassib għal din l-ispeċi fl-Afrika li diġà tinsab fir-riskju tal-estinsjoni. Huwa kkalkulat li bejn Mejju u Ġunju mietu…

Wara l-Paradise Papers, il-Panama Papers, Swiss Leaks u Lux Leaks, issa ġew żvelati l-FinCen files, li juru kif banek kbar, fosthom l-HSBC, ħallew lil kriminali jitrasferixxu flushom madwar id-dinja. Il-FinCEN…

Il-konsulent xjentifiku tal-Gvern tar-Renju Unit wissa li sa nofs Ottubru, fil-pajjiż jista jkun hemm mal-50,000 każ ġdid ta’ coronavirus kuljum. Sir Patrick Vallance qal li sa xahar wara, dan iwassal għal…

Aktar