Barranin
Salvawh mill-għarqa u sabu xena makabra fil-basket li kien qed iġorr

Oleg Sokolov kien fis-sakra meta waqa’ fi xmara huwa u jipprova jeħles minn partijiet ta’ ġisem is-sieħba tiegħu.

Il-Professur Russu, tal-Istorja, li għandu 63 sena u ngħata l-ogħla unur Franċiż għall-għarfien tiegħu dwar Napuljun u l-epoka li l-ġeneral għex fiha, ammetta mal-pulizija li qatel lil Anastasia Yeshenko wara li kellhom argument.

Idejn Yeshenko, instabu f’basket li kien qed iġorr Sokolov. Wara tfittxijiet tal-Pulizija fid-dar tal-Professur, instab dak li kien għad fadal mit-tfajla ta’ 24 sena.

Il-Professur Sokolov, li qed jirkupra fi sptar minħabba l-ipotermija li sofra, ammetta li ried jeħles mill-katavru u wara jikkometti suwiċidju liebes ta’ Napuljun pubblikament.

Il-Professur u Yeshenko kienu esperti fil-qasam tal-istorja, kitbu doversi kotba u kkollaboraw fuq bosta films. Huma kienu wkoll jiddelittaw jilbsu kostumi tal-epoka ta’ Napuljun.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċina feġġew żewġ każijiet tal-Pesta li mhumiex qed jiġu meqjusa bħala allarmanti hekk kif kollox jinsab taħt kontroll. Dan qalitu l-WHO li kkonfermat li f’Bayannur, fir-reġjun Ċiniż tal-Mongolja, żewġ persuni…

Barranin

Id-Direttur tal-FBI Christoher Wray qal li l-operazzjonijiet ta’ serq ta’ intelligenġa u spjunaġġ mill-Gvern Ċiniż hu l-akbar thedddida għall-futur tal-Istati Uniti. Huwa qal dan waqt li kien qiegħed jitkellem fl-Istitut ta’…

Barranin

Il-maġġoranza assoluta tan-nies li jittestjaw pożittiv għall-Covid-19 ma jurux sintomi fil-ġurnata li jmorru għat-test. Dan joħroġ minn studju li saru fir-Renju Unit li wera li 2 minn kull 10 persuni…

Barranin

Il-President tal-Brażil, Jair Bolsonaro, ittestja pożittiv għall-Covid-19 fir-raba’ test għal virus li ilu bosta ġimgħat jirreferi għalih bħala ‘influwenza żgħira’ u qal li ħadd m’hu se jkun affettwat serjament minnha….

Aktar