Teknoloġija
Samsung tagħżel lil Malta biex tvara 100 prodott ġdid

Tlett elef delegat minn madwar id-dinja nġabru f’Malta biex il-kumpanija multi-nazzjonali Samsung tvara ’l fuq minn 100 prodott ġdid. Kelliem għall-kumpanija waqt is-Samsung Forum 2020, qal li l-għażla waqgħet fuq Malta minħabba l-ospitalità tal-pajjiż.

Għall-ħdax il-jum Dar il-Mediterran għall-konferenza saret vetrina bl-aħħar prodotti tal-kumpanija, li meqjusa mal-akbar kumpaniji tal-iscreens fid-dinja. Il-kumpanija għażlet lil Malta biex tvara l-prodotti tagħha. Fosthom mudell ewlieni li juża teknolġiji tal-intelliġenza artifiċjali.

Innovazzjoni oħra li ġiet imnedija waqt din il-konferenza huwa dan it-television li jdur skond kif iddawwar il-mobile.

Benjamin Brown, mill-kumpanija Samsung, qal li għal din il-konferenza qed jattendu delegati minn madwar id-dinja kollha. “We are here with thousands of people from Europe, Middle East, Latin America and Russia, to show them 316 Samsung products and the reason we are here on Malta is because we looked for something which is nice and warm, with friendly people and amazing food, and that for us is Malta.”

Waqt li żaret il-konferenza, il-Ministru għat-turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li konferenzi ta’ dan it-tip ikomplu jpoġġu lil Malta fuq il-mappa internazzjonali f’setturi ġodda u innovattivi.

“Li jkollok tlett elef delegat minn madwar id-dinja għall-ħdax il-jum konsekuttiv fuq proġett daqstant internazzjonali huwa ta’ unur. Diġà bdejna t-taħditiet biex noħolmu u naraw kif nistgħu nsaħħu din ir-relazzjoni li bnejna.”

Il-konferenza, li hija miftuħa għall-persuni involuti fl-industrija tat-tekonoloġija, hija l-ewwel waħda tat-tip tagħha għall-kumpanija Samsung f’Malta.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Lil hinn mis-sensazzjonaliżmu ta’ wħud u tixrid ta’ informazzjoni falza fuq il-mezzi soċjali, jidher li hemm sens ċiviku qawwi li qed jgħin lill-pulizija biex jinfurzaw l-avviżi legali dwar il-Covid-19. Fl-aħħar…

COVID-19

Ma’ kull jum li jgħaddi jiżdied id-dibatittu u l-kontroversja jekk il-maskri jagħtux protezzjoni adegwata kontra l-coronavirus. L-opinjoni anke fost il-professjonisti hija maqsuma speċjalment fuq l-użu tal-maskri min-nies. F’dawra mat-toroq wieħed…

Turiżmu

Sa Frar, l-aħħar xahar qabel faqqgħet il-pandemija tal-coronavirus, l-industrija tat-turiżmu f’Malta kienet għaddejja b’ritmu qawwi. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkonfermaw dan għaliex fi Frar li għadda ġew Malta kważi 146,000…

Għawdex

Il-Partit Nazzjonalista qal li l-Gvern baqa’ għaddej bl-asfaltar fi Triq Gorf fix-Xagħra Għawdex mingħajr ma ra li jiġi mgħoddi s-servizz tad-drenaġġ. Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista turi solidarjetà mar-residenti ta’…

Aktar