San Gejtanu se jibqa’ jiġri? Kif jaħsbuha l-Ħamruniżi?

Għadu mhux deċiż id-destin ta’ tradizzjoni marbuta mal-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun . . . il-ġirja bl-istatwa titulari fid-dħul tal-puċissjoni lura fil-Knisja. tvm.com.mt jinsab infurmat li l-mazz issa jinsab f’idejn l-awtoritajiet tal-Knisja f’Malta u tliet xhur ‘il bogħod mill-festa, l-istatwa ta’ San Gejtanu qed tiġi rrestawrata.

Xejn deċiż s’issa jekk il-girja tradizzjonali bl-istatwa ta’ San Gejtanu tibqax issir jew le fid-dħul tal-purċissjoni lura fil-Knisja nhar il-festa filgħaxija. Dan wara li fl-aħħar festa ċċelebrata f’Awwissu, waqt il-ġirja l-istatwa għal ftit ma spiċċatx mal-art fuq iz-zuntier fejn setgħet weġġgħet ukoll lin-nies. Minkejja li ninsabu tliet xhur biss ‘il bogħod mill-festa, kelliem għall-Kurja qal liċ-ċentru tal-aħbarijiet li għad m’hemmx deċiżjoni finali jekk il-ġirja tibqax issir jew le.

F’Novembru l-Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Gejtanu ġie ppreżentat b’rapport minn kummissjoni li waqqaf dwar id-dħul tal-vara. Il-kummissjoni kellha tistudja x’wassal għall-inċident, tirrakkomanda l-ġirja tibqax issir, u jekk se tinżamm it-tradizzjoni, tirrakkomanda miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ korriment u ħsara.

Il-kelliem għall-Kurja qal li r-rapport tal-Kummissjoni ġie diskuss fl-organi konsultattivi tal-parroċċa iżda mhux disponibbli għall-media. Żied jgħid li r-rapport u l-kummenti li saru, intbagħtu ma’ talba li għamel il-Kappillan lill-Kurja biex il-parroċċa tingħata gwida dwar x’għandu jsir.

Mistoqsi min se jieħu d-deċiżjoni finali dwar il-ġirja, il-kelliem qal li l-Kappillan se jimxi mal-gwida li jingħata mill-Kurja.

Intant, fil-jiem li għaddew l-istatwa ta’ San Gejtanu ttieħdet għar-restawr. Il-kelliem għall-Kurja qal li nstabet ħsara fl-istatwa iżda mhux magħruf jekk din kinitx hemm qabel l-aħħar festa.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Sittin tifel u tifla mill-iskejjel primarji tal-istat ta’ Malta u Għawdex ħadu sehem f’attività tal-Brillantini tal-Kitba li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu organizzat f’Ruma. Permezz tal-iskema ‘Brillantini tal-Kitba’, tfal ta’ disa’ snin,…

Tfal

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat, qal li l-Gvern se jressaq emendi fil-liġi tal-addozzjonijiet biex it-tfal addottati jieħdu ċ-ċittadinanza Maltija awtomatikament meta jiġu addottati minn koppji Maltin. Waqt li indirizza l-ewwel konferenza…

Infrastruttura

Fid-dawl tal-inċident li seħħ jumejn ilu f’Gwardamangia, fejn waqgħet blokka appartamenti u ċediet ukoll dar, il-ġeoloġista Dr Peter Gatt qal li l-bini f’Malta se jibqa’ jitfarrak u jiġġarraf. Dr Gatt…

Aktar