Lokali
San Pawl il-Baħar l-iktar imfittex għall-kirjiet privati

Xahrejn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi dwar il-kirjiet residenzjali ġew irreġistrati 3,600 kuntratt mal-Awtorità tad-Djar bl-iktar lokalità mfittxija s’issa kienet San Pawl il-Baħar. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li dawn ix-xejriet juru li hemm rieda biex is-sidien tal-proprjetajiet ikunu konformi mal-liġi l-ġdida.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay, qal li xahrejn mindu daħlet fis-seħħ il-liġi tal-kirjiet residenzjali ġew irreġistrati 3,600 kuntratt ġdid. F’kummenti lil Television Malta, is-Sur McKay qal li l-iktar li saru kuntratti huwa għal proprejtajiet f’San Pawl il-Baħar. Isegwu Tas-Sliema, l-Imsida u Wied il-Għajn.

“Huwa pożittiv ukoll li qed naraw persentaġġ sostanzjali ta’ kirjiet li jmorru oltrè minn dak li obbligat bil-liġi ta’ sena. Pożittiv ħafna li għandek sidien li qed jagħżlu li jmorru għall-kirjiet itwal u dan jurik li s-sidien iridu li jkollhom relazzjoni tajba mal-inkwilini tagħhom.”

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li l-maġġoranza assoluta tal-kuntratti reġistrati għandhom kirja ta’ inqas minn €1,000 fix-xahar. Il-Ministru Galdes qal li dawn ix-xejriet se jservu ta’ boxxla għad-direzzjoni politika fis-suq tal-kirjiet privati.

Mistoqsi minn Television Malta dwar it-tħassib tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi li l-liġi l-ġdida qed taffettwa ħażin is-suq tal-proprjetà, il-Ministru Galdes qal li filwaqt li se jkompli jitkellem mal-partijiet ikkonċernati, is-sentiment s’issa juri li s-sidien jridu li jkunu konformi mal-liġi.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Ingliż ta’ 56 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident fil-Gżira. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi magħrufa bħala Manoel Island,…

COVID-19

Il-linja tal-ajru Ryanair qalet fi stqarrija li hekk kif il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea waqqfu t-titjiriet minn u lejn pajjiżhom, dan wassal biex iktar minn 90% tal-ajruplani tagħha mhumiex jintużaw. Qalet…

COVID-19

Inġiniera mill-Università ta’ Malta qed jibnu apparat li jiddiżinfetta l-maskli, bil-għan li dawn ma jintużawx darba biss u jintremew. Qalet dan fi stqarrija l-Università ta’ Malta, li saħqet li dan…

COVID-19

HSBC Bank Malta nieda serje ta’ miżuri addizzjonali biex dejjem aktar jappoġġja lin-negozji milquta b’mod negattiv mit-tixrid tal-Covid-19.  Dawn il-miżuri ġodda tfasslu speċifikament għal dawk il-klijenti li qegħdin jiffaċċjaw tfixkil…

Aktar