Lokali
San Pawl il-Baħar mistenni jkollu Sindku ġdid nhar it-Tnejn

Wara r-riżenja ta’ Graziella Galea minn Sindku jumejn ilu, nhar it-Tnejn il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar mistennija jkollha Sindku ġdid.

Dan hekk kif TVM huwa infurmat li ssejħet laqgħa b’urġenza għal nhar it-Tnejn biex matulha l-kunsilliera ta’ San Pawl il-Baħar jaħtru Sindku ġdid, kif ukoll Viċi Sindku ġdid.  Wara din l-elezzjoni, is-Sindku u l-Viċi Sindku mistennija li jingħataw minnufih il-ġurament il-ħatra f’dawn il-karigi.

Jidher li l-iktar kunsillier li għandu ċans isir Sindku huwa l-kunsillier Laburista Alfred Grima li fl-elezzjoni tal-Kunsilli tal-2015 kien it-tieni l-iktar kandidat li ġab voti wara l-eks Sindku Graziella Galea.  Għall-kariga ta’ Viċi Sindku jidher li l-kunsillier Laburista Paul Bugeja huwa l-iktar fiċ-ċans li jiġi elett.

Il-kunsill ta’ San Pawl il-Baħar huwa wieħed mill-ikbar f’Malta bi 13-il kunsillier, iżda minħabba li din il-ġimgħa rriżenja wkoll il-kunsillier Laburista Ray Tabone minħabba li ngħata kariga pubblika, wisq probabbli se jkun il-vot tal-kunsilliera indipendenti li se jiddetermina min se jinħatar Sindku u Viċi Sindku.

Bħalissa l-kunsill huwa magħmul minn 5 kunsilliera Nazzjonalisti, 5 kunsilliera Laburisti u 2 indipendenti, filwaqt li għad irid jimtela l-post battal tal-kunsillier Laburist Tabone.  Għalhekk, wieħed irid jistenna sa nhar it-Tnejn biex jara jekk nofs triq tal-mandat elettorali, il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar hux se tbiddel it-tmun tagħna minn Sindku Nazzjonalista għal Sindku Laburist.

Ara wkoll:

Graziella Galea tirriżenja minn Sindku ta’ San Pawl il-Baħar

Il-maġġoranza tal-kunsilliera ta’ San Pawl il-Baħar iressqu mozzjoni ta’ sfiduċja fis-Sindku

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Milied jiġi għal kulħadd u jferraħ bosta qlub. Żorna ċ-Centro Spero għal persuni nieqsa mid-dawl fejn ħassejna l-entużjażmu tal-persuni nieqsa mid-dawl li qed iħejji għal produzzjoni tal-Milied bi drama u…

Ekonomija u Finanzi

Statistika tal-Eurostat uriet li fl-2016, in-nefqa ta’ Malta f’għajnuniet soċjali kienet inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt Malta kienet f’sitt post mill-aħħar fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tonfoq fuq servizzi soċjali….

Brexit

Tkompli titħabbel il-kobba dwar Brexit wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Theresa May tidher li spiċċat b’idejha f’idejha meta ma kisbitx garanzija ta’ assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera tal-Irlanda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea….

Brexit

Il-korrispondent tal-BBC, Chris Morris, f’kummenti esklussivi lil Television Malta, stqarr li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May s’issa għadha ma kisbitx dak mistenni minn ħafna Parlamentari Ingliżi biex jaċċettaw il-ftehim li…

Aktar