Edukazzjoni
San Valentinu ġie u mar iżda l-polemika tkompli…

Il-ġest li għamel l-MCAST mal-istudenti tiegħu f’Jum San Valentinu ma niżilx tajjeb ma’ kulħadd u xi wħud saħansitra urtaw ruħhom.

Matthew Grech, ex persuna gay li kkonverta, qal li dak li sar mal-istudenti mhux progress iżda rigress. Skontu, l-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-Edukazzjoni qed jippromwovu s-sess każwali qabel is-sagrament taż-żwieġ.

Huwa jemmen li qed tintefa’ pressjoni żejda fuq l-istudenti biex ikollhom x’jaqsmu ma’ xi ħadd qabel iż-żwieġ. Esprima wkoll għadab għal dan kollu u qal li l-Awtoritajiet flok jgħallmu lill-istudenti kif jistgħu jrażżnu l-passjonijiet tagħhom qegħdin minflok iħeġġuhom jaqgħu fid-dnub.

Aħbarijiet Oħra
Reliġjon

Is-soltu, tard filgħaxija nhar il-Ġimgħa l-Kbira, diversi purċissjonijiet ikunu bdew deħlin lura fil-Knejjes wara li jterrqu fil-qalba tal-bliet u l-irħula. Din is-sena, iżda it-toroq battala. Minflok, saret biss Via Crucis …

COVID-19

Fl-aħħar snin, fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira, kienet issir il-mixja għall-Fondazzjoni Puttinu Cares. Din kienet waħda mill-ħafna attivitajiet li tħassru minħabba l-pandemija tal-COVID-19 li qed iżid mal-piż li…

Kronaka

Illum, fil-Ġimgħa l-Kbira, il-Pulizija ħarġet total ta’ 59 multa lil persuni li kienu qed jiksru l-liġi billi nġabru barra f’qaqoċċa. Skont l-avviż legali LN 112/113 huwa illegali li f’post pubbliku jkun…

Lokali

Il-pandemija ħarbtet ir-rutina tax-xogħol ta’ bosta. Ħafna ħaddiema spiċċaw jaħdmu mid-dar bit-teleworking. Mhux kulħadd iżda jista’ jagħmel dan fosthom il-ħaddiema fl-isptar fejn żiedet il-pressjoni fuq l-infermiera u t-tobba fost oħrajn….

Aktar