Lokali
San Vinċenz de Paul bi standards soċjali ta’ kura għall-anzjani

Ir-Residenza San Vinċenz de Paul, li hija l-akbar faċilità residenzjali għall-anzjani, se tkun regolata bi standards soċjali ta’ kura għal anzjani b’kundizzjonijiet kroniċi u b’dipendenza għolja. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali, Matthew Vella, qal li dawn l-istandards se jassiguraw li l-anzjani u l-iktar nies vulnerabbli fis-soċjetà jirċievu servizzi tal-ogħla kwalità.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Istandards, Matthew Vella, qal li r-Residenza San Vinċenz de Paul hi l-ewwel dar residenzjali tal-Gvern regolata bi standards soċjali ta’ kura għal anzjani b’kundizzjonijiet kroniċi u b’dipendenza għolja. F’San Vinċenz jaħdmu 1,800 ħaddiem li joffru s-servizzi lil 1,100 anzjan u anzjana.

F’kummenti lil Television Malta, is-Sur Vella qal li b’dan il-mod, l-Awtorità se tkun għassiesa tal-istandards fid-djar residenzjali tal-Gvern.

“Dan huwa l-ewwel pass li anke fis-settur tal-anzjani bdejna minn San Vinċenz u se nkunu qed nagħmlu dan l-istess mod lid-djar residenzjali tal-Gvern, tal-Knisja u anki tal-privat.”

Is-Sur Vella kompla jgħid li l-Awtorità nediet konsultazzjoni dwar standards soċjali għal servizzi oħrajn fil-komunità.

“Il-pass li jmiss hu li nagħlqu l-konsultazzjoni għal residenzi oħrajn u nibdew nirregolaw servizzi li jaqgħu taħt respite, night shelter, community care.”

Il-Ministru Michael Falzon u s-Segretarju Parlamentari Silvio Parnis qalu li b’dawn l-istandards, l-anzjani se jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar u s-servizzi offruti se jkomplu jitjiebu.

U fi żjara f’dik li qabel kienet l-Admission Ward f’San Vinċenz, għaddejjin ix-xogħlijiet biex tinfetaħ binja ddedikata għall-persuni minn 18 sa 59 sena b’dipendenza għolja. It-taqsima, li se tissejjaħ Narċis, qed issir b’investiment ta’ €2 miljun. Il-Ministru Falzon qal li l-binja se tkun lesta lejn l-aħħar tas-sena u se tilqa’ 16-il resident.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

81 persuna ġew immultati llum wara li nqabdu fi gruppi t’aktar minn 3 persuni. B’kollox il-multi ammontaw għal €8,100 f’inqas minn 24 siegħa. Dawn il-miżuri ttieħdu mill-Gvern biex tiġi kkontrollata…

COVID-19

Kwarantina obbligatorja b’effett immedjat fiċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far fejn jgħixu madwar elf resident. Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne f’konferenza tal-aħbarijiet il-Ħadd filgħaxija. Il-Ministru Fearne qal li…

COVID-19

Wara li d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri ħabbru li r-residenti taċ-ċentru miftuħ f’Ħal Far jinsabu fi kwarantina, huma ressqu appell għal min…

COVID-19

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li tliet pazjenti oħra fiequ mill-COVID-19. Dan ifisser li s’issa fiequ 5 persuni. Huwa ħabbar dan waqt konferenza tal-aħbarijiet. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.  

Aktar