Lokali
Santwarju fil-Gudja li nbena b’radd ta’ ħajr li r-raħal skappa l-gwaj tal-pesta

Il-Pesta li fis-seklu 17 ħalliet aktar minn 11,000 ruħ mejta, għadha titfakkar fost oħrajn b’kappella ċkejkna fit-tarf tar-raħal tal-Gudja li kienet inbniet b’wegħda flok kappella oħra tas-seklu 14 li wkoll kienet inbniet b’wegħda oħra wara ħbit mit-Torok.

Tefa ta’ ġebla ‘l bogħod mill-mitjar ta’ Malta, qalb il-kampanja u t-trankwilità tar-raħal tal-Gudja, hemm Santwarju żgħir ddedikat lill-Madonna ta’ Loretu li huwa monument ħaj li nbeba fis-seklu 17 mill-Gudjani b’radd il-ħajr lil Madonna ta’ Loretu wara li r-raħal skapa l-gwaj tal-pesta li kienet qatlet aktar minn 11,000 ruħ.

Jesmond Farrugia riċerkatur Gudjan stqarr ma’ Television Malta li l-kappella oriġinali kienet inbniet aktar qabel b’wegħda oħra wara l-battalja qalila fl-ewwel ħbit tat-Torok fuq Malta. Il-kappella hija mgħonnija bi kwadri ta’ wegħdi li saru lil Madonna ta Loretu.

“Fl-1533, ġie l-ħbiet tat-torok u nbniet mill-Kavallieri,Kaptan Fra Gulielmo Henrico De Warsbergh u Fra Umberto de Morenes kienu taw l-eks vo li jidhru ġol-knisja llum fosthom l-inkwadri u l-Madonna,” qal Jesmond Farrugia.

Kompla jgħid li fl-1676 il-Gudjani għamlu wegħda oħra mal-Madonna ta’ Loretu li jkabbru l-kappella jekk ir-raħal ma jsofrix wisq mil-pesta li ħakmet lil Malta f’dak iż-żmien.

“144 sena wara l-ħbiet tat-Torok Malta kienet daħħlet il-pesta u mietu, 11,300 ruħ. Il-Gudjani għamlu wiegħda li la joħorġu mir-raħal u lanqas jersqu ‘l hemm u waqfet u ma daħħlitx fil-Gudja,” kompla Jesmond Farrugia.

Spjega li kien hemm biss 24 persuna mill-Gudja li mietu fil-festa imma dawn ma kienux joqogħdu fir-raħal.

Is-Sur Farrugia spjega li skont kuntratti notarili l-kappella oriġinali kienet diġà hemm fil-bidu tas-seklu 14 waqt li jidher li din il-Knisja tlestiet minn kollox fil-bidu tal-1679 bil-Gran Mastri Nikola Cottoner, Gregorio Caraffa kif ukoll Katerina Calleja jħallsu l-parti l-kbira tal-ispejjeż involuti fil-bini tagħha.

Dun Norman Zammit l-Arċipriet tal-Parroċċa Arċimatriċi u Arċipretali Santa Marija qal li l-kappella ta’ Loretu għadha f’qalb il-Gudjani tiġbed lejha devozzjoni kbira.

“L-Irwol ta’ dawn il-knejjes firjali marbutin ma’ devouzzjoniet parrokkjali kienu jsiru ħġana pelegrinaġġi fil-fatt għad hawn devozzjoni u amirazzjoni kbira mill-amont ta’ tiġijeit li jsiru fiha.”

U għall-festa tal-Madonna ta’ Loretu, kull Diċembru ssir festa ċkejkna minbarra l-funzjonijiet reliġjużi.

Aħbarijiet Oħra
Sport

Ħames għaqdiet sportivi Għawdxin ibbenefikaw mis-somma ta’ €20,750 mill-isports scheme biex iwettqu l-proġetti tagħhom din is-sena. L-għaqdiet li bbenfikaw huma: Għajnsielem Redcoats, li ngħataw is-somma ta’ €5,000 bit-titlu tal-proġett ‘Sizzling…

Lokali

L-Aġenzija Identity Malta dalwaqt se tibda toħroġ karta tal-identità ġdida li se jkollha karatteristiċi ġodda ta’ sigurtà li jħarsu l-identità tal-persuni. Il-karatteristiċi l-ġodda jagħmluha diffiċli li d-dokument jiġi mbagħbas jew…

Infrastruttura

Minn din il-ġimgħa l-ġenituri ta’ tfal bl-awtiżmu jistgħu jieħdu lil uliedhom jilagħbu fil-grawnd tal-binja ‘The Meeting Place’ fil-Marsa. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, qalet li t-tfal bl-awtiżmu se jkollhom post…

Aktar