Barranin
Sanzjonijiet mill-Istati Uniti: Ir-Russja mhux se tippermetti ġlied bejn it-Torok u s-Sirjani

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li tħabbret il-ġimgħa l-oħra, tat sinjal biex it-Turkija tavvanza fiż-żona. Il-President tas-Sirja, Bashar Al Assad, hu magħruf li hu alleat tar-Russja.

L-Istati Uniti imponew sanzjonijiet kontra l-Ministeri tad-Difiża u tal-Enerġija Torok u kontra l-Ministri tad-Difiża, tal-Enerġija u tal-Intern tal-istess pajjiż b’reazzjoni għall-offensiva militari fin-naħa ta’ fuq tas-Sirja. B’dawn is-sanzjonijiet ġew iffriżati l-assi tagħhom fl-Istati Uniti u ġew projbiti transazzjonijiet magħhom li jinvolvu s-sistema finanzjarja Amerikana.

Il-Viċi President Amerikan, Mike Pence, qal li l-President Donald Trump kellu kuntatt bit-telefown mal-President Tork, Recep Tayyip Erdogan.

“The United States of America wants Turkey to stop the invasion, to implement an immediate ceasefire and to begin to negotiate with Kurdish forces in Syria to bring an end to the violence.”

Dan l-iżvilupp seħħ wara kritika għax truppi Amerikani rtiraw mir-reġjun u ħafna qalu li dan kien sinjal għat-Turkija biex jattakkaw lill-Kurdi. L-offensiva Torka li bdiet il-ġimgħa l-oħra, kellha l-għan li tmexxi lill-forzi Sirjani Demokratiċi mmexxija mill-Kurdi mir-reġjun fuq il-fruntiera. It-Turkija tqis lil dawn il-forzi bħala organizazzjoni terroristika.

Il-Gvern Tork irid joħloq żona sigura fejn ikun jista’ jpoġġi maż-żewġ miljun refuġjat Sirjan li bħalissa jinsabu fit-Turkija. Skont in-Nazzjonijiet Magħquda, s’issa nqatlu għexieren ta’ persuni u minn tal-anqas 160,000 ħarbu miż-żona.

In-Nazzjonijiet Magħquda ħeġġew lit-Turkija biex tinvestiga l-eżekuzzjonijiet fis-Sirja li jistgħu jammontaw għal reati ta’ gwerra u qalu li t-Turkija tista’ tinżamm responsabbli bħala pajjiż għal ksur minn gruppi armati affiljati magħha sakemm ma tikkontrollax lil dawn il-gruppi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit tibqa’ tbaqbaq il-kontroversja dwar konsulent ewlieni tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings minħabba li dan injora l-pariri tal-Awtoritajiet u xorta vvjaġġa waqt il-lockdown meta l-mara tiegħu kienet marida…

Barranin

Mill-ewwel ta’ Lulju, kull min jidħol fi Spanja mhux se jitqiegħed taħt kwarantina obbligatorja ta’ ġimagħtejn. Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa Spanjol hekk kif qal li minn Lulju se titneħħa l-miżura…

Barranin

Il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson ddefenda wieħed mill-konsulenti tiegħu Dominic Cummings li waqt li l-pajjiż kien qiegħed f’lockdown, dan ivvjaġġa minn Londra lejn Country Durham minkejja li kellu s-sintomi tal-Coronavirus….

Barranin

Fir-Renju Unit, tissokta il-kontroversja dwar l-id il-leminija tal-Prim Ministru Boris Johnson, Dominic Cummings. Il-Prim Ministru Boris Johnson appoġġja lill-konsulent ewlieni tiegħu u qal li Cummings ma kellu ebda alternattiva oħra…

Aktar