Saħħa
Saqajn b’saħħithom għas-sajf

Is-sajf dalwaqt magħna u b’hekk l-attenzjoni tagħna tmur għal saqajna, biex nippreparaw għal dan l-istaġun.

Matul ix-xitwa saqajna ikunu magħluqin fil-kalzetti u ż-żraben u b’hekk ma tantx jaraw arja. Għal din ir-raġuni ta’ spiss jiġri li tinħoloq kundizzjoni ta’ infezzjoni trid tiġi kkurata kemm jista’ jkun malajr u min-nies professjonisti biex tevita kumplikazzjonijiet u biex titfejjaq malajr għax hemm tendenza li ddum biex tfieq.

Ħafna drabi minħabba din l-infezzjoni, id-dwiefer jikrieħu u xi kultant jitmermru. Għalhekk fil-klinika ta’ Amrita dawn id dwiefer jistgħu jinbnew biex jagħtu dehra sabiħa u fl-istess ħin jiġu kkurati.

Waqt il-ħarifa u s-sajf hemm tendenza li nkunu aktar attivi – bejn li nsiefru aktar, jew nagħmlu xi sport, jew nimxu aktar fit-tul. Għal din ir-raġuni dejjem nagħtu l-parir li qabel ma nibdew dawn l-attivitajiet ikun tajjeb li niċċekkjaw saqajna u l-pożizzjoni ta’ ġisimna biex b’hekk nevitaw xi ħsara jew uġiegħ. Normalment il-pożizzjoni ta’ ġisimna tista’ tiġi aġġustata faċilment b’par suletti li jidħlu fiż-żarbun tas-sajf jew sandli.

Fil-klinika ta’Amrita, issib teknoloġija avanzata u l-aqwa servizz u riżultati possibli.

Wara eżaminazzjoni mill-podjatra, issir il- ‘footscan’ u wara tittieħed il-forma tas-saqajn. Il-materjal imbagħad jintagħżel skont id-dijanjosi tal-podjatra, skond il-piż tal-individwu, it-tip ta’ żraben, it-tip ta’ xogħol u ta’ ħajja li jkollu l-pazjent. Is-suletti jgħinu biex il-ħajja tkun aktar komda u faċli waqt li jipprevjenu aktar uġiegħ u problemi għal futur.

Ħudu ħsieb saqajkom u gawdu ir-rebbiegħa u sajf sabiħ u attiv mingħajr uġiegħ.

Ikkuntattja lil Amrita fuq 21223665 / 21223951 / 79223665 jew żuru amritafootclinic.com/podiatry jew ibgħat email fuq [email protected]

Dan huwa artiklu bi ħlas minn:

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Hekk kif il-Prim Ministru Joseph Muscat, f’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, qal li skont ċifri proviżjonali, id-distakk huwa ta’ 17%, li jammonta għal differenza ta’ madwar 45,000 vot…

Lokali

F’kumment telefoniku waqt xandira diretta fuq TVM, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan huwa l-ikbar distakk politiku fl-istorja tal-pajjiż. Qal li skont figuri proviżjonali, id-distakk huwa ta’ 17%, li…

Lokali

L-ewwel indikazzjonijiet qed juru li hemm distakk ta’ madwar 45,000 bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, bil-Partit Laburista li jinsab minn fuq. Iktar kmieni kien irrappurtat li d-distakk huwa ta’…

Aktar