Agrikultura
“Saqsu għall-prodott lokali!” – baqgħet tistinka biex il-prodott Malti jiġi stmat aktar

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur, li jipprovdilna bosta mill-ikel li nikkunsmaw kuljum. Il-ħaxix u l-frott ta’ barra jaf issibu irħas. Minkejja dan, it-tjubija u l-freskezza tal-prodott lokali jpaxxu ‘l-palat ta’ dak li jkun daqstant ieħor jekk mhux aktar.

Fl-2013 bil-għajnuna ta’ żewġ studenti Jeanette Borg, għalliema l-MCAST li ilha aktar minn 20 sena tmidd idejha fil-qasam tal-agrikoltura waqqfet minn jeddha l-fondazzjoni Malta Youth in Agriculture, magħrufa bħala l-MaYA bil-għan li tipproteġi l-interessi tal-bdiewa żgħażagħ. Ix-xoqqa f’moxtha, biex il-pubbliku japprezza aktar il-prodott lokali.

F’kummenti lil tvm.com.mt is-Sinjura Borg qalet li minkejja li hemm aktar irġiel milli nisa li jxammru l-kmiem fis-settur tal-agrikoltura xejn ma xekkilha milli tibqa’ tagħmel l-almu tagħha biex issostni u tagħti leħen lill-ħidma sfieqa li ssir fis-settur fi xtutna.

Lil hinn miż-żieda fit-taħriġ u l-investiment frott is-sħubija tal-gżejjer Maltin fl-Unjoni Ewropea, is-Sinjura Borg ġibdet l-attenzjoni għall-fatt li t-tali sħubija ffaċilitat l-importazzjoni ta’ għadd ta’ prodotti u li dan kien u għadu fost l-isfidi ewlenin li s-settur tal-agrikoltura spiċċa jħabbat wiċċu miegħu minn Mejju tal-2004 ‘l hawn.

Filwaqt li ħeġġet lill-pubbliku jsaqsi għall-prodott frisk lokali, is-Sinjura Borg stqarret li l-ħolma tagħha hi li tara aktar bdiewa u raħħala joħorġu minn qoxorthom u jgħidu tagħhom fejn meħtieġ bil-għan li jżommu s-settur ħaj.

Jeanette Borg – baqgħet tistinka biex il-prodott Malti jiġi stmat aktar

“Min jaf jiekol 🍴 u min jaf jixtri 🛒 ħeqq ta’ Malta 🇲🇹 dejjem aħjar hux!”Bil-għajnuna ta' żewġ studenti Jeanette Borg waqqfet il-Malta Youth in Agriculture bil-għan li tagħti vuċi ‘l-bdiewa u r-raħħala 🍃 żgħażagħ.Aqra aktar: https://www.tvm.com.mt/mt/news/saqsu-ghall-prodott-lokali-baqghet-tistinka-biex-il-prodott-malti-jigi-stmat-aktar/

Gepostet von Television Malta am Donnerstag, 6. August 2020

Aħbarijiet Oħra

Fil-Jum Dinji tat-Tindif, l-attivitajiet f’Malta kienu ffukati biex iwasslu messaġġ dwar il-ħsara li jagħmel il-plastik fil-baħar. Minn attivitajiet ta’ tindif f’erba’ bajjiet popolari, f’għodwa waħda nġabru ‘l fuq minn 150…

Illum fis-18:15 fuq TVM ser ikunu qiegħed jintwera programm bil-kanzunetti li għaddew għall-finali tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020.  F’dan il-programm ser naraw 12-il kanzunetta li ġew interpretati live quddiem…

Minn għada TikTok u WeChat mhux se jkunu jistgħu jitniżżlu mill-app stores fl-Istati Uniti, sakemm il-President Donald Trump ma jilħaqx ftehim fl-aħħar ħin. L-amministrazzjoni ta’ Trump temmen li dawn l-apps…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Aktar