Barranin
Sar miljunarju wara li sab l-ikbar żewġ ħaġriet prezzjużi fit-Tanżanija

Raġel li għandu kumpanija żgħira tat-tħaffir tal-minjieri sar miljunarju mil-lejl għan-nhar, hekk kif sab l-ikbar żewġ ġebliet prezzjużi li qatt instabu fit-Tanżanija.

Saniniu Laizer qala’  $3.4 miljun wara li biegħ il-ħaġriet lill-ministeru inkarigat mill-minjieri. L-ikbar ħaġra ta’ din ix-xorta li qatt instabet fil-pajjiż kienet tiżen 3.3 kilogrammi, waqt li l-ħaġar li sab Laizer bejniethom għandhom toqol ta’ 15-il kilogramma

Laizer, li għandu 52 sena, huwa miżżewweġ lil 4 nisa u għandu ‘l fuq minn 30 wild.

Wara dan il-bejgħ, huwa qal lill-midja li beħsiebu joqtol baqra u jagħmel festin kbir b’ċelebrazzjoni, iżda mhux biss.

Huwa impenja ruħu wkoll li jibni kumpless tax-xiri kif ukoll skola fil-komunità Simajiro li jgħix fiha, fejn qal li bħalissa hemm ħafna nies fqar li ma jaffordjawx jibgħatu lil uliedhom l-iskola.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Xogħol

Mal-bidu tas-sajf, l-aktar meta t-temperaturi jibdew jaqbżu t-30 grad celsius, tiżdied id-domanda għas-sistemi tal-arja kkundizzjonata. L-assoċjazzjoni tal-importaturi tas-sistemi tal-arja kkundizzjonata ffurmata minn disa’ importaturi qed isib diffikultà biex issib ħaddiema…

Annimali

Waħda miż-żewġ ċifiet li ġimagħtejn ilu ġew salvati wara li tgħaqqdu fi xlief mormi fil-baħar, inħelset lura fl-ambjent naturali tagħha. Birdlife Malta qalet li għalkemm kienu fortunati li ż-żewġ ċifiet…

Aktar