COVID-19
“Sar-rebbiegħa l-Covid jista’ jsir qisu riħ komuni” – professur involut fil-vaċċin tal-Astra Zeneca

Wieħed mix-xjenzati involuti fl-iżvilupp tal-vaċċin tal-Astra Zeneca sostna li sar-rebbiegħa li ġejja l-Covid jista’ jispiċċa qisu riħ komuni.

Kien il-Professur Sir John Bell li sostna li meta tgħaddi din ix-xitwa s-sitwazzjoni għandha tinbidel f’waħda tajba.

Il-kumment tiegħu ġie wara li xjenzata oħra involuta fl-iżvilupp tal-imsemmi vaċċin, il-Professur u Dama Sarah Gilbert, qalet li l-Covid-19 eventwalment se jispiċċa bħala coronaviruses li nsibu minn staġun għall-ieħor.

Il-coronaviruses huma viruses li ġeneralment jikkawżaw sintomi bħall-irjiħat komuni madankollu fl-aħħar tliet snin feġġew tlieta li anke kkawżaw imwiet.

Fid-dinja huwa stmat li hawn mijiet ta’ coronaviruses li ħafna minnhom jinsabu f’annimali fosthom il-ħnieżer, l-iġmla, il-friefet il-lejl u l-qtates.