Stejjer Umani
Saret il-wiċċ ta’ ditta tal-irtokk minkejja li wiċċha nħaraq f’inċident

Mara li sofriet minn ħruq f’96% ta’ ġisimha meta kienet involuta fi kraxx fl-Alpi Franċiżi hija l-wiċċ ta’ kampanja ġdida tas-sbuħija.

Catrin Pugh minn Rossett, Wrexham, fir-Renju Unit, ingħata ċans 1:1,000 li tgħix u sarulha mal-200 operazzjoni mindu seħħ l-inċident fl-2013 qrib Alpe D’Huez.

Catrin, li llum għandha 25 sena, hija determinata li tirrappreżenta lin-nies li jidhru differenti fil-media, u saret il-wiċċ ta’ ditta tal-irtokk ta’ fama mondjali Avon.  Hija ġiet ispirata li tkun xprun għall-bidla waqt li kienet qed taqra rivista l-isptar.

Il-mara kienet waħda minn 50 passiġġier abbord xarabank li kienet qed twassal xi ħaddiema ta’ villaġġ tas-skiing lura lejn ir-Renju Unit meta kienet involuta f’ħabta li ħalliet mejjet lix-xufier ta’ 63 sena.

Hija qattgħet 8 xhur l-isptar u kellha tagħmel 4 snin ta’ rijabilitazzjoni, filwaqt li teħtieġ tkompli tagħmel check-ups u tgħaddi minn proċeduri sakemm tibqa’ ħajja.  L-uniku post fejn ma nħaraqx kien il-qiegħ ta’ saqajha.

Esprimiet titjib fil-mod kif in-nies iħarsu lejn il-figura, ir-razza u l-età, iżda Catrin hija tal-fehma li għad m’hawn biżżejjed nies li jirrappreżentaw lil min jidher differenti per eżempju minħabba ħruq fil-wiċċ.

 

Aħbarijiet Oħra
Brexit

Aktar ma jmur aktar qed tiżdied il-pressjoni fuq il-Prim Ministru Ingliż Theresa May. Dan hekk kif qed jingħad li jista’ jirnexxilha tikseb aktar appoġġ fuq il-ftehim tagħha dwar Brexit jekk…

Barranin

Madwar 1,300 passiġġieri qed jiġu evakwati minn fuq vapur tal-cruises ‘il barra mill-kosta tal-punent tan-Norveġja. Il-Pulizija Norveġiża qalet li l-vapur kellu problemi fil-magna u għalhekk dawk kollha abbord qed jittellgħu…

Barranin

Anzjani fil-Kanada kellhom iktar minn sempliċi indiġestjoni wara ikla fiċ-ċentru tal-komunità tagħhom f’Whitestone. Uħud mill-anzjani kellhom jingħataw assistenza medika meta bdew iħossuhom storduti jew bdew jirremettu. Mill-investigazzjonijiet ħareġ li l-anzjani kienu…

Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Aktar