
Barranin
Sarkozy mistenni jgħaddi ġuri
L-ex President Franċiż Nicolas Sarkozy se jgħaddi ġuri fuq korruzzjoni.
Il-każ jitratta telefonati li ġew interċettati fl-2014 li fihom qed ikun allegat li Sarkozy ipprova jinfluwenza xi imħallfin li kienu qed jivverifikaw is-suspett ta’ iffinanzjar illegali tal-kampanja tiegħu għall-elezzjoni Presidenzjali. Dwar il-każ mistennija jgħaddu ġuri wkoll l-Imħallef Gilbert Azibert u l-avukat ta’ Sarkozy. Huma qed jiċħdu l-akkużi miġjuba kontriehom.
Dan sar magħruf wara li fil-jiem li għaddew Sarkozy ġie arrestat fuq allegazzjonijiet li aċċetta flus mingħand l-ex dittaturi Libjan Muammar Gaddafi għall-kampanja elettorali għall-Presidenza Franċiża.
Ara wkoll: