COVID-19
Sas-Sibt se jkunu tħallsu €1.1 miljun f’benefiċċji marbuta mal-Covid-19

Sa nhar is-Sibt li ġej se jkunu tħallsu ’l fuq minn €1.12 miljun f’benefiċċji soċjali marbuta mal-Covid-19.

Dan tħabbar waqt konferenza stampa indirizzata mill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon, u s-Segretarju Permanenti Mark Musù.

Il-benefiċċji qed jingħataw taħt erba’ skemi; il-benefiċċju għall-ġenituri li jaħdmu fis-settur privat li jibqgħu impjegati, pero ma jistgħux jidħlu għax-xogħol minħabba li jridu jieħdu hsieb it-tfal, u mhux possibbli jsir teleworking, benefiċċju għal persuni b’diżabbiltà li jaħdmu mal-privat u jingħataw parir jibqgħu d-dar minħabba l-kundizzjoni tagħhom.

It-tielet benefiċċju jingħata f’każ li wieħed jitlef l-impjieg, fejn jingħata benefiċċju adizzjonali biex ikun ogħla minn dak li jitħallas f kundizzjonijiet normali bħala benefiċċju tal-qgħad. Ir-raba’ benefiċċju, mħabbar iktar tard mid-Deputat Prim Ministru, huwa l-benefiċċju mediku għall-persuni vulnerabbli.

Kien spjegat kif f’inqas minn ġimgħa minn meta l-Prim Ministru ħabbar l-ewwel tliet benefiċċji, sar l-ittestjar mill-MITA fuq l-infrastruttura diġitali, u ħarġu l-applikazzjonijiet online. Ġimgħa wara saru l-ewwel pagamenti lil dawk li laħqu applikaw.

Intqal li l-ħlasijiet qed isiru kull ġimgħa, u jingħataw fl-ordni skont min applika l-ewwel.

Illum sar it-tieni proċess tal-ħlas tal-pagamenti, fejn dawk it-talbiet li laħqu ġew iproċessati, se jirċievu l-pagament s’għada f’każ li dan se jidħol fil-kont tal-bank, u sas-Sibt li ġej għal dawk li se jirċievu ċekk.

Kien iċċarat li mhuwa se jkun hemm l-ebda qtugħ għall-benefiċċjarji mill-benefiċċji oħra li seta’ kienu qed jieħu diġà.

Aħbarijiet Oħra
Parlament

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati  il-memorandum of understanding li ntlaħaq bejn Malta u l-Libja fil-laqgħa li saret fi Tripli il-ġimgħa li għaddiet. Il-Ministru Bartolo, li…

Kostruzzjoni

Dak li deher li huwa xogħol ta’ tħammil li kien qed isir f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq il-Barrieri f’Santa Venera waqaf, wara li residenti mħassba dwar is-sigurtà ta’ dawn ix-xogħlijiet…

Parlament

Id-Deputat Kap tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Kap tad-Dipartiment għall-iżvilupp tal-prodott turistiku, Leslie Vella qal li l-iskop ewlieni tal-ftehim mal-kumpanija tal-ajru privata Vistajet kien li jirreklamaw lil Malta bħala ċentru ġdid…

Saħħa

L-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-MCCAA, approvat 20 magna tan-nifs li ġabet b’xejn miċ-Ċina, l-Għaqda ta’ Ħbiberija bejn Malta u ċ-Ċina. Fi stqarrija, il-President ta’ din l-għaqda, l-eks Ministru Reno…

Aktar