Lokali
Save and Support Trust b’donazzjoni ta’ tagħmir tal-ossiġnu lill-isptar Mater Dei

L-għaqda volontarja Save & Support Trust tat b’donazzjoni 45 konċentratur tal-ossiġnu b’valur ta’ madwar €35,000, lill-isptar Mater Dei.

Dan it-tagħmir jiffiltra ‘l barra gassijiet mhux mixtieqa fl-arja li nieħdu nifs minnha billi jissuplixxu ossiġnu.

Din il-filtrazzjoni hija essenzjali għal pazjenti b’mard respiratorju u għalhekk dan it-tagħmir jista’ jgħin ukoll pazjenti bil-Covid-19.

Maria Micallef minn Save & Support Trust ippreżentat dan it-tagħmir lid-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa Chris Fearne.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

COVID-19

Ir-reġjun Spanjol ta’ Katalunja reġa’ mpona restrizzjonijiet biex irażżan l-imxija f’żona fejn jgħixu 210,000 persuna u fejn fl-aħħar jiem kien hemm żieda fil-każijiet ġodda ta’ coronavirus. Ħadd mhu se jitħalla…

COVID-19

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li l-istrateġija tiegħu kontra l-coronavirus sejra tajjeb, minkejja ż-żieda fil-każijiet madwar il-pajjiż kollu. Fil-messaġġ tiegħu tal-4 ta’ Lulju, Trump qal li pajjiżu qed jagħmel…

Aktar