Qorti
Saviour Balzan ma jinstabx ħati li mmalafama lil Joe Brincat

Il-Qorti ma sabitx lid-direttur eżekuttiv tal-MaltaToday Saviour Balzan ħati li mmalafama lill-eks deputat mexxej tal-Partit Laburista Joe Brincat f’artiklu li fih kien semma l-arrest tiegħu fl-Italja 33 sena ilu.

Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, Balzan qal li Brincat kien arrestat fin-naħa t’isfel tal-Italja fl-1987 wara li allegatament kien inqabad f’pussess ta’ ġojjelli bil-kuntrabandu.

Fis-sentenza tagħha l-Qorti nnotat li l-Avukat Brincat ma kienx instab ħati mill-Qorti tal-Appell ta’ Cosenza tal-akkużi kollha li kienu nġiebu kontrih għax ma wettaq l-ebda reat kriminali.

Il-każ ta’ malafama kien ġie ppreżentat minn Brincat fuq opinjoni miktuba minn Balzan fil-MaltaToday. Balzan qal li l-proċeduri ta’ libell kienu bbażati fuq suppożizzjonijiet żbaljati.