Kronaka
Sawwat lil ommu għax ma sabx l-ikel lest

Ġuvni ta’ 23 sena ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li qed jiġi allegat li sawwat lil ommu għaliex ma lestitlux l-ikel.

Il-ġuvni ġie mixli li fferixxa lil ommu bi ġrieħi ħfief u li kkważalha biża’ li terġa’ tispiċċa vittma ta’ abbuż.

L-Avukat Difensur, Martha Mifsud, talbet għall-ħelsien mill-arrest billi l-argument li seħħ bejn l-iben u l-omm kien banali anke jekk dan eskala. Il-ġuvni, li xxellef mal-liġi drabi oħra fuq reati minimi, qal li ma xtaqx jitlef xogħolu.

L-Avukat parte civile Stefanie Caruana qalet lill-Qorti li l-abbuż kien ilu għaddej għal dawn l-aħħar 10 snin. Hija kompliet tgħid li l-omm, tant spiċċat fi stat ħażin li marret darbtejn il-polyclinic għall-kura fl-istess ġurnata.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġie ffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Birdlife Malta dwar l-amministrazzjoni tas-Salini tal-Melħ fis-Salina. Bi ftehim mal-Gvern, il-Birdlife ser tmexxi dan is-sit li huwa l-ikbar riżerva naturali f’Malta. Is-Salini tal-Melħ fis-Salina,…

Agrikultura

Il-ġbejniet tradizzjonali Maltin mistennija jkunu aktar abbundanti b’tibdil fil-liġi li ser tippermetti raħħala żgħar kważi jirduppjaw il-produzzjoni tagħhom. Madankollu dal-pass xejn mhu jogħġob lir-raħħala u produtturi l-kbar li kienu obbligati…

NGOs

Qabel kiseb suċċess fil-karriera mużikali bħala tenur, Cliff Zammit Stevens għadda minn esperjenzi qarsa, b’ommu ssofri quddiemu vjolenza fiżika kontinwa fir-relazzjonijiet tagħha. Disa’ xhur wara mewtha, Cliff irrakkonta l-ġrajjiet koroh…

Kronaka

Raġel ta’ 41 sena weġġa’ gravi wara li ħabat bil-mutur fil-Fgura. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00 ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas. Il-Pulizija qalet li mill-ewwel tagħrif jirriżulta li seħħet ħabta…

Aktar