Xogħol
Sax-xahar li għadda kien għadu qed jonqos il-qgħad

Ix-xahar l-ieħor, meta l-COVID-19 kien għadu mhux preżenti f’Malta, il-qgħad kompla jonqos. Fi Frar kien hemm 1,659 persuna jirreġistraw għax-xogħol ma’ Jobsplus.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li, mqabbel ma’ Frar tas-sena l-oħra, kien hemm tnaqqis fil-qgħad ta’ 170 persuna, jew 9.3% anqas jirreġistraw għax-xogħol.

It-tnaqqis fil-qgħad kien ukoll fuq ix-xahar ta’ qabel. Fi Frar, kien hemm jirreġistraw għax-xogħol; 32 persuna anqas minn Jannar.

L-NSO qal li l-persuni jfittxu x-xogħol naqsu fl-etajiet kollha, ħlief fost dawk li għandhom 24 sena jew inqas. F’sena l-persuni b’diżabbiltà li qed jirreġistraw għax-xogħol żdiedu bi 22 għal 237.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Diversi ħaddiema fis-settur tas-saħħa kellhom jieħdu d-deċiżjoni diffiċli biex waqt li jservu fl-isptar fost pazjenti bil-Coronavirus, jinfirdu mill-għeżież tagħhom u jmorru joqgħodu band’ oħra. F’din is-sitwazzjoni, il-fergha taż-Żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika…

COVID-19

Koki li jaħdmu f’diversi ristoranti li jinsabu magħluqa minħabba r-restrizzjonijiet li saru, ma spiċċawx b’idejhom fuq żaqqhom għax xammru l-kmien u b’mod volontarju qed iħejju ikliet bnini għal ħaddiema fost…

COVID-19

It-tliet deputati Nazzjonalisti Għawdxin, Chris Said, Frederick Azzopardi u Kevin Cutajar qalu fi stqarrija li l-miżuri li tħabbru lbieraħ għall-isptar ta’ Għawdex huma fid-direzzjoni t-tajba, anke għax huma fost il-miżuri…

Lokali

Il-vjolenza domestika – pjaga moħbija tas-soċjetà li fi kriżi bħal din taf tgħolli aktar rasha. F’diversi pajjiżi fejn sar lockdown diġà rrappurtaw żieda fl-inċidenza tal-każi tal-vjolenza domestika. Il-kummissarju dwar il-vjolenza…

Aktar