Annimali
Sbatax-il ferħ telquhom barra u setgħu tgħaffġu bil-karozzi

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu mill-karozzi għaliex lanqas biss tħallew ġo kaxxa.

Il-Ħadd li għadda, kellhom ikunu n-nies li ċemplu s-santwarju tal-qtates f’Bormla jinfurmawhom li kien hemm għadd ta’ frieħ tal-qtates jiġru barra quddiem is-santwarju. Il-frieħ li jidhru ġejjin minn ommijiet differenti, ngħataw il-kenn f’santawarju li ilhu ‘il fuq minn tlettax -il sena jagħti kenn lil qtates abbandunati.

Waħda mill-voluntiera Joyce Scerri kienet emozzjonata għax qalet li dawn il-frieħ setgħu faċilment spiċċaw mgħaffġin b’tyre ta’ karozza.

”Nisperaw li ma nerġgħux naraw biċċa xogħol bħal din, jaqbdek il-biki meta taħseb.”

Il-frieħ li għandhom ftit ġimgħat ngħataw il-kura u qegħdin miżmuma f’ambjent nadif. Is-sinjura Scerri qalet lil TVM li l-voluntiera jaħdmu bejniethom tnax -il siegħa kuljum biex jaraw li mat-tlett mitt qattus ma jkun jonqos xejn. Qalet li l-volontiera jħossu weġa’ kbira meta jaraw qtates abbandunati u maħqura. Qalet ħeġġet biex il-qtates jiġu msewwija biex ma tikbirx il-popolazzjoni tagħhom.

”Neutering importanti għall-istrays u tad-dar, nindunaw li jabbandunaw qattusa u lanqas they neuter them.”

Biex wieħed jadotta l-qtates jew frieħ mis-santwarju CSAF f’Bormla, hemm proċess biex ikun żgurat li min jadotta jkun lest li verament se jħobbuhom.

Intant il-Ministru għall-Biedja u Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo kellu laqgħa mal-kunsill tal-annimali u sar qbil għal programm nazzjonali biex fost oħrajn jissewwew il-qtates u biex l-micro chipping tal-annimali domestiċi jkun obbligatorju. Il-kunsill qabel ukoll li jaħdem fuq il-proposta ta’ tneħħija mmedjata ta’ veleni perikolużi u ħarsien tal-annimali fl-irziezet.

Ara wkoll:

Mas-17-il ferħ ta’ qattus abbandunati quddiem santwarju tal-qtates

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Qorti

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid intbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed u ġew ordnati jħallsu multa ta’ €8,691 kull wiehed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal…

Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa nbela’ min-nirien. L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa. Fuq il-post issejħu…

Avjazzjoni

L-Air Malta lbieraħ temmet l-ewwel titjira lejn Cochin, fl-India. Dan huwa l-ewwel vjaġġ tax-xorta tiegħu għall-Air Malta. F’post fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Investiment, Silvio Schembri qal li dan…

Aktar