Scarlett Johansson – l-aktar mara senswali skont Esquire

Il-magażin Esquire għazel lill-attriċi Scarlett Johansson bħala l-aktar mara senswali – seba’ snin wara li diġa’ kienet ingħatat dan it-titlu. Hija l-unika li rebħet it-titlu darbtejn.

L-attriċi, li għandha 28 sena, tidher fil-faċċata tal-ħarġa ta’ Novembru tal-magażin.

Johansson ħadmet f’films bħal “Lost In Translation”, “The Girl With the Pearl Earring” u “The Avengers”. Dan l-aħħar ħabbret li tgħarset lil ex-ġurnalista Franċiż Romain Dauriac. Dan se jkun it-tieni żwieġ tagħha wara li bejn l-2008 u l-2011 kienet miżżewġa lil Ryan Reynolds.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Student u attivist magħruf minn Hong Kong, Joshua Wong, sejjaħ għar-riżenja tal-mexxejja Carrie Lam, wara li nħeles mill-ħabs. L-istudent huwa sinonimu mal-protesti li seħħew f’Hong Kong lura fl-2014 liema dimostrazzjonijiet…

Barranin

Żewġt irġiel akkużati li ppużaw tal-attur Amerikan Geroge Clooney biex jippromwovu negozju tal-moda ġew arrestati fit-Tajlandja wara snin maħruba. Iż-żewġt irġiel, Francesco Galdelli ta’ 58 sena u Vanja Goffi, ta’…

Reliġjon

Il-Papa Franġisku kkonċelebra quddies fil-belt ta’ Camerinom fiċ-ċentru tal-Italja li ntlaqat b’terremot fl-2016. Il-Papa tkellem mar-residenti li għadhom sal-lum ibatu l-konsegwenzi tat-terremot. Huwa qalilhom li jinsab viċin tagħhom u dejjem…

Barranin

Fin-Nosinhar ta’ Franza l-Awtoritajiet iddikjaraw stat ta’ diżastru naturali wara li f’daqqa waħda bdiet niżla xita qlil u silġ imdaqqas. Il-maltempata kkawżat ħsara kbira fil-qasam agrikolu bil-Ministru tal-Agrikoltura Franċiż qal…

Aktar