Scarlett tiksirha mal-Oxfam

Scarlett Johansson se ttemm kull relazzjoni mal-grupp umanitarju Oxfam International wara li saritilha kritika għax qed tagħti appoġġ lil kumpanija Iżraeljana li topera mix-Xatt tal-Punent.

Stqarrija mill-uffiċċju publiċitarju tagħha tgħid li l-attriċi kellha opinjoni differenti minn dik tad-dirġenti tal-Oxfam. L-organizzazzjoni topponi kull  kummerċ mill-art okkupata għax tqishom illegali u li joħonqu d-drittijiet tal-Palestinjani.

Aktar kmieni dan ix-xahar, Johansson iffirmat ftehim ma’ Soda Stream International Ltd., u se tidher f’reklami li se jagħtu pubbliċità lill-prodott fis-Super Bowl, fl-Istati Uniti, nhar il-Ħadd.

Johansson kien ilha ambaxxatriċi tal-Oxfam sa mill-2007, kariga li fiha għamlet ħidma biex tiġbornfondi u tqajjem kuxjenza dwar il-faqar globali. F’dal-perijodu, hija żaret l-Indja, Sri Lanka u l-Kenja biex turi d-diżastri trawmatiċi li jgħaddu minnhom il-foqra.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Żewġ persuni mietu meta l-ferrovija li kienu fuqha ħarġet barra l-linji qrib il-belt ta’ Wallan. Il-ferrovija li tinstaq b’veloċità kienet qed tivvjaġġa bejn Sydney u Melbourne. Għadd ta’ passiġieri oħrajn…

Barranin

Il-vapur ta’ salvataġġ Ocean Viking salva 274 immigrant ‘il barra mill-kosta tal-Libja. L-irġiel, in-nisa u tfal salvati waqt tliet operazzjonijiet ta’ salvataġġ fiċ-ċentru tal-Mediterran nhar it-Tlieta u lbieraħ. Fost l-immigranti…

Barranin

Ir-rapper Amerikan Pop Smoke nqatel waqt aktarx serqa f’daru. Bashar Jackson ta’ 20 sena kien f’daru f’Hollywood, Los Angeles meta żewġt irġiel b’rashom mgħammda daħlu fuqu u bdew jisparaw xi…

Barranin

Timmaġinak li waqt operazzjoni tibqa’ konxju? Timmaġinak li waqt operazzjoni ddoqq xi strument? Hekk għamlet Dagmar Turner waqt li kienet qed tiġi operata f’rasha. L-istaff mediku talab lil Turner ta’…

Aktar