Lokali
Schools on the Move: Inċaqilqu l-istudenti u niġġieldu l-obeżità

Ingħata bidu għal kampanja fl-iskejjel sekondarji li se toffri għajnuna lill-istudenti biex jikkumbattu l-ħxuna. Permezz ta’ “Schools on the Move” l-istudenti se jużaw il-brejk biex jagħmlu eżerċizzju fiżiku.

Terz tat-tfal Maltin għandhom piż ogħla mill-medja jew jinsabu fi stat ta’ obeżità. Din ix-xejra allarmanti wasslet lill-awtoritajiet tas-saħħa u tal-edukazzjoni biex jużaw mezzi prattiċi biex jiġġieldu l-obeżita’.

L-istudenti tal-iskejjel sekondarji qed jieħdu sehem fi proġett Ewropew li permezz tiegħu se jkollhom l-għażla li jgħaqqdu l-eżerċizzju mad-divertiment permezz ta’ żfin li jkun akkumpanjat minn mużika tal-għażla tagħhom. L-attivita se sseħħ kuljum waqt il-ħin tal-brejk.

L-istudenti li tkellimna magħhom dehru li kienu qed jieħdu gost waqt l-attività u huma konxji ħafna dwar il-periklu tal-ħxuna żejda.

Fit-tnedija tal-kampanja “Schools on the Move: Malta”, is-Segretarju Parlamentari għas-Saħħa Chris Fearne qal li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jaħdmu id f’id mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari għall-isport fosthom bi spezzjonijiet fit-tuck shops biex ma jinbiegħux prodotti bħal luminati u juices li qal huma ħżiena minħabba z-zokkor li jkun fihom.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isports Chris Agius qal li l-inizjattivi li qed jittieħdu fl-iskejjel huma kruċjali biex il-kwalità ta’ ħajja tal-istudenti tkun aktar b’saħħitha. Qal li l-gvern qed jieħu miżuri biex iħeġġeġ lill-Maltin ikunu aktar attivi u fil-budget għas-sena d-dieħla tħabbar rata anqas ta’ taxxa għall-atleti u l-kowċis u anqas VAT fuq l-użu ta’ gyms, fitness sentres u nurseries.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li se jkun qed iqaddes quddiesa għal ruħ Daphne Caruana Galizia nhar it-Tnejn li ġej. Il-quddiesa se ssir fit-3.00 ta’ waranofsinhar fil-knisja tal-Bidnija, preċiżament ġimgħa wara…

Lokali

Il-valur ambjentali tal-alka li fil-maltemp timla bosta bajjiet qed jiġi enfasizzat b’regolamenti ġodda tal-Awtorita tal-Ambjent u r-Riżorsi li ħarġet linji gwida dwar kif u meta għandhom isiru ħidmiet ta’ tindif…

Lokali

Din hija ħarsa lejn il-ġurnali ppubblikati llum is-Sibt 21 ta’ Ottubru 2017: Fl-ewwel paġna ta’ L-Orizzont insibu ritratt tax-xena fejn seħħ il-qtil tal-ġurnalista u blogger Daphne Caruana Galizia akkumpanjat bit-titlu…

Lokali

Fil-bidu tax-xahar id-dieħel se ssir it-23 edizzjoni tal-festival internazzjonali tal-korijiet f’Malta mtella’ mill-Awtorità tat-Turiżmu. Din is-sena fil-festival li se jdum għaddej tlett ijiem, se jieħdu sehem 36 kor minn madwar…

Aktar