Lokali
Se jaqdfu 2,000km fi tliet pajjiżi biex jiġbru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi

Fis-sajf li ġej, grupp ta’ ċiklisti mil-LifeCycle ser jaqdfu elfejn kilometru fi tliet pajjiżi fl-Ażja biex ikomplu jinġabru fondi għar-riċerka fuq il-mard tal-kliewi u biex tkun iffinanzjata għajnuna psikoloġika għall-pazjenti kollha.

Bdew it-tħejjijiet biex f’Settembru li ġej grupp ta’ ċiklisti jaqdfu elfejn kilometru fl-Ażja.

Il-fundatur tal-LifeCycle Challenge, Alan Curry, qal li din is-sena ċ-ċiklisti ser isegwu rotta mill-belt ta’ Ħanoj fil-Vjentam lejn il-Laos u l-Kambojda.

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni LifeCycle, Dr Shirley Cefai qalet li ċ-ċiklisti ser ikollhom 17-il-ġimgħa ta’ taħriġ intensiva għall-isfidi li ser ikollhom.

Dr Shirley Cefai qalet “meta mmorru għal-LifeCycle ser toħroġ il-karattru tiegħek. Psikoloġikament hija diffiċli. Ngħidlek kważi 60% psikoloġika, 40% physical.”

Imwaqqfa fl-1999, il-Fondazzjoni LifeCycle ġabret iktar minn €2 miljuni biex tgħin lill-pazjenti tal-kliewi permezz ta’ xiri ta’ tagħmir fir-Renal Unit ta’ Mater Dei u għajnuniet oħra.

Dr Shirley Cefai qalet “issa ser nibdew għajnuniet ukoll vouchers għal għajnuna psikoloġika – mhux biss għall pazjenti iżda wkoll għall-familji għax hija trawma għal wieħed meta tgħidlu li l-kliewi mhux qed jaħdmulek mhux faċli biex tgħix biha u anke għall-familji tagħhom għax iridu jappoġġjawhom ħafna”.

L-isfida ta’ din is-sena ser tibda b’ghotja ta’ €70,000 mill-kumpanija Nescafe li għas-sentejn li ġejjin ser tagħti l-appoġġ lill-Fondazzjoni Life Cycle.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-ġest taċ-ċiklisti huwa ispirazzjoni għax qed jingħaqdu biex jagħtu l-ħin, il-flus u l-kompetenzi tagħhom għas-servizz ta’ ħaddieħor.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar