Negozju
Jerġgħu jibdew isiru l-kuntratti

Fi żmien 20 jum ieħor, ser ikunu jistgħu isiru l-kuntratti li dwarhom kien hemm ftehim b’konvenju bejn il-partijiet li issa dawn kienu sospiżi bħala parti mir-restrizzjonijiet.

Il-Ministeru għall-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-governanza ħabbar li se jitneħħew ċertu miżuri li jirrigwardaw in-nutara pubbliċi.

Fi stqarrija, il-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis qal li dan hu pass ieħor lejn in-normalità ġdida tant importanti wkoll għall-ekonomija, il-kummerċ kif ukoll il-ħolqien tax-xogħol.

Dan il-pass qed iseħħ wara li fl-4 ta’ Mejju 2020, is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika ordnat il-ftuħ mill-ġdid tar-Reġistri tal-Qrati li biha reġgħet bdiet tirranka l-ħidma tal-professjonisti legali anke jekk il-Qorti għadu magħluq ħlief għal kawżi urġenti.

Il-Ministru Zammit Lewis appella għall-prudenza mill-partijiet kollha kkonċernati.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Gvern alloka iktar minn €17-il miljun biex jassisti 44 NGO u għaqdiet volontarji. Dan intqal mill-Ministru għall-Familja Michael Falzon waqt li ġedded il-ftehim soċjali mal-Fondazzjoni Dar San Ġużepp li tieħu…

Kronaka

Raġel ġie arrestat b’rabta ma’ allegat traffikar u abbuż tad-droga f’residenza, f’Birkirkara. Dan wara investigazzjoni oħra mmexxija mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra Drogi flimkien mas-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit (RIU) marru fil-post…

Solidarjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne kif ukoll is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ma kellhomx biżżejjed kliem ta’ tifħir għall-voluntiera li offrew 10,000 siegħa…

Kronaka

Raġel ta’ 33 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7am fi Triq Tul il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq. Jidher li għal xi raġuni r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur…

Aktar