Saħħa
Se jerġgħu jibdew jiġu offruti diversi servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità

Wara li saru konsultazzjonijiet mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, minn nhar it-Tnejn l-1 ta’ Ġunju se jerġgħu jibdew jiġu offruti numru ta’ servizzi fil-komunità mill-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Madanakollu diversi istruzzjonijiet li jassiguraw kemm is-saħħa tal-anzjani kif ukoll is-saħħa tal-ħaddiema, iridu jiġu segwiti.

Is-servizzi li se jerġgħu jiġu fis-seħħ huma s-servizzi tal-Home Help, tal-Fiżjoterapija, tal-Podoloġija, tal-Occupational Therapy, tal-Comm Care, ta’ Respite fid-djar, ta’ Social Work, tad-Dementia Intervention Team, ta’ Handy Man u s-servizz offrut miċ-Ċentru Servizz Anzjan.

Is-servizzi li għalissa mhux se jidħlu fis-seħħ bħala prevenzjoni kontra t-tixrid tal-COVID-19 huma s-servizzi taċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva, tan-Night Shelters u tas-Silver-T.

Is-servizzi kollha tal-komunità li se jipprovdu servizzi ġewwa d-djar tal-anzjani ħa jieħdu diversi miżuri ta’ prevenzjoni:

Prevenzjonijiet qabel il-vista

  • Il-professjonisti għandhom iċemplu lill-anzjani u jikkonfermaw li m’hemm l-ebda espożizzjoni għall-Covid-19, u jikkonfermaw li m’hemmx membri tal- familja li qegħdin taħt kwarantina. F’każ li jikkofermaw li hemm xi tip ta’ esposizzjoni ż-żjara tiġi posposta.
  • Tikkonferma li l-anzjan għandu disponibbli maskra jew visor.
  • L-anzjan jintalab biex ilesti l-affarijiet jew tagħmir essenzjali biex issir iż-żjara.
  • L-anzjan jintalab jiftaħ xi twieqi jew bibien biex jiżgura ventillazzjoni adegwata, preferibbilment 30 minuta qabel iż-żjara.
  • Jiżgura li membri li jgħixu fid-dar biss se jkunu preżenti.
  • Il-professjonisti jridu jlestu tagħmir essenzjali (PPE’s) li se jkollhom bżonn waqt iż-żjara bħal visors, maskli, ingwanti, alcohol rub, fardal eċċ. skont l-eżiġenzi tas-servizz.
  • Jiżgura li hemm mezzi disponibbli sabiex il-professjonist jista’ jaħsel idejh qabel u wara li jidħol mid-dar billi juża alcohol rub.

Prevenzjonijiet mingħand il-professjonisti waqt il-vista

  • Il-persuni li qed joffru servizz iridu jilbsu visor, maskra (fardal u ingwanti – skont l-eżiġenza tas-servizz) qabel ma jidħlu ġewwa d-dar tal-anzjan. Dawn iridu jintlibsu f’kull ħin li qed jingħata servizz ġewwa d-dar.
  • Iridu jaħslu idejhom b’mod frekwenti, qabel ma jidħlu fid-dar tal-anzjan u kif joħorġu.
  • Jillimitaw il-kuntat mill-uċuħ tal-affarijiet.
  • Ma jpoġġux affarijiet personali tagħhom fuq l-uċuħ tal-affarijiet.
  • Jillimitaw/Ma jmissux wiċċhom.
  • Tinżamm 2 metri distanza mill-anzjan u mill-persuna li qed jipprovdi s- servizz.
  • Ma jkunx hemm iktar minn persuna waħda f’kull kamra.
  • Iż-żjariet ikunu qosra u ffukati kemm jista’ jkun.
  • Il-professjonist għandu jarmi l-ilbies protettiv f’borża f’kull żjara qabel ma jitlaq mid-dar tal-anzjan, sabiex din tintrema kif suppost.
  • Jekk il-persuna li qed toffri servizz tħossha ma tiflaħx jew tħoss xi sintomi ma tistax tmur fid-djar tal-anzjani jew tirraporta għax-xogħol.
  • Jekk is-sintomi tal-impjegati jippersistu trid tinforma lis-supervisor tagħha u ssir talba għall-Covid 19 Swab Test.

Prevenzjonijiet mingħand l-anzjani waqt il-vista

  • L-anzjani ġewwa d-djar tagħhom iridu jilbsu maskra jew visor waqt li jkun qed jiġi provdut is-servizz. Tillimita l-kuntatt fiżiku.
  • Preferibbilment l-anzjan irid ikun f’kamra oħra fejn ma jkunx hemm il-persuna li qed tipprovdi s- servizz (skont l-eżiġenzi tas-servizz).
  • L-anzjan irid jinforma lill-persuna jekk ma jkunx qed iħossu tajjeb jew hekk ikun qed iħoss xi sintomi.

Prevenzjonijiet mill-Professjonisti wara l-vista

  • Jiddiżinfettaw it-tagħmir li ntuża waqt iż-żjara billi jużaw antiseptic wipes u jiddiżinfettaw tagħmir bħal mobiles, laptops, tagħmir mediku, jew tagħmir ieħor li ntuża waqt iż-żjara.
  • Jintmesħu l-uċuħ fejn ġie ddiżinfettat it-tagħmir li ntuża waqt iż-żjara
  • Jaħslu idejhom bl-alcohol rub.
  • Fl-aħħar tal-ġurnata l-persuni li pprovdew servizz ineħħu u jaħslu l-ħwejjeġ li jkunu esposti għall-virus, u l-individwu jrid jinħasel.

Prevenzjonijiet minn Ċentru Servizz Anzjan

  • Jistgħu jidħlu massimu ta’ 2 klijenti f’daqqa.
  • Trid tinżamm id-distanza ta’ 2 metri bejn l-uffiċjali u l-klijenti waqt li qed jistennew biex jinqdew.
  • Klijenti għandhom jilbsu maskra jew visor biex ikunu jistgħu jiġu assistiti.
  • Klijenti jridu jaħslu idejhom bl-antiseptic rub qabel ma jidħlu u tittiħdilhom it-temperatura.
  • Il-klijenti għandhom iżommu d-distanza billi jżommu mat-tape li hemm immarkat mal-art.
  • Jekk il-klijenti ma josservawx ir-regolamenti jistgħu jiġu rrifjutati milli jidħlu.
  • L-uffiċjali preżenti ġewwa Ċentru Servizz Anzjan iridu jilbsu visor.
  • Se jkun hemm disponibbli hand sanitizer fl-entratura u f’kull kamra fejn hemm kull uffiċjal li jaħdem f’Ċentru Servizz Anzjan.
Aħbarijiet Oħra
Lokali

Struttura tal-ħadid li se sservi bħala saqaf għall-wieħed miż-żewġ hangers il-ġodda tal-Kumpanija SR Technics f’Ħal Farruġ bħalissa qed tittella’ b’sistema li qed tintuża għall-ewwel darba f’Malta. L-istruttura li hija wiesa…

Qorti

Fil-Qorti, illum kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ traġiku f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Ħamrun, li fih tilfet ħajjitha Miriam Pace wara li spiċċat mirduma taħt it-tifrik. Fl-għeluq mill-4 xhur minn meta Miriam Pace tilfet…

Qorti

Guma Mohammed u Yousef Halef Abdel Hamid intbagħtu 4 snin ħabs kull wieħed u ġew ordnati jħallsu multa ta’ €8,691 kull wiehed għad-danni li kienu għamlu fiċ-ċentru ta’ detenzjoni f’Ħal…

Kronaka

Il-pulizija kkonfermat ma’ TVM li persuna tilfet ħajjitha għall-ħabta tal-05:00 ta’ dalgħodu wara li ħanut fi Triq Ħal Qormi, il-Marsa nbela’ min-nirien. L-identità tal-vittma għadha mhux magħrufa. Fuq il-post issejħu…

Aktar