
Approvat il-proġett għall-bini ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija.
Fuq is-siti soċjali, il-Ministru Ian Borg ħabbar li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat dan il-proġett li huwa ntiż li jgħaqqad Triq tal-Barrani ma’ Vjal Santa Luċija, lejn Triq Aldo Moro. Dr Borg qal li dalwaqt se jibda jsir dan il-proġett minn Infrastructure Malta b’investiment multi-miljunarju mill-Gvern.
Il-Ministru Borg qal li l-proġett se jnaqqas bi 30% l-ħin fl-ivjaġġar u mistenni jnaqqas ir-riskji ta’ inċidenti għal min jivjaġġa mill-inħawi, minbarra li r-residenti ta’ Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid se jkollhom arja aktar nadifa.
Il-Planning Authority għadha kif approvat il-proġett tal-bini ta’ żewġ mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, biex jgħaqqdu flimkien it-Triq tal-Barrani ma’ Vjal Santa Luċija, lejn Triq Aldo Moro. Infrastructure Malta ser tibda’ twettaq dan il-proġett dalwaqt. Dan l-investiment multi-miljunarju fin-nofsinhar ta’ Malta ifisser 30% inqas ħin fl-ivvjaġġar u inqas riskji ta’ aċċidenti għal eluf ta’ residenti u ħaddiema li ta’ kuljum jivvjaġġaw minn u lejn dawn l-inħawi. Ifisser ukoll aċċess aktar komdu u arja aktar nadifa għar-residenti ta’ Santa Luċija, Ħal Tarxien u Raħal Ġdid. #toroqahjarghalik
Gepostet von Ian Borg am Dienstag, 18. September 2018
Ir-reazzjoni ta’ Flimkien għal Ambjent Aħjar
L-għaqda Flimkien għal Ambjent Aħjar ma taqbilx mal-proġett. Fi stqarrija wriet id-diżappunt tagħha li ġew approvati l-permessi għal dal-proġett.
Skont l-għaqda, il-proġett ser iwassal għall-qirda ta’ bosta siġar fuq medda ta’ kilometru kif ukoll għat-telf tar-raba’ fl-inħawi biex jikkomoda t-traffiku.
L-ghaqda qalet li ma tistax tifhem kif l-Awtorità tar-Riżorsi waslet għall-konklużjoni li dal-proġett għandu impatt li mhux sinifikanti u ma talbitx li jsir studju tal-impatt ambjentali.
Fl-arkivju notarali fil-Belt ġew konservati bi proċess ta’ restawr id-dokumenti li fihom il-kuntatt tal-għoti tal-George Cross lil Malta f’eżerċizzju li fih ikkollaboraw tliet entitajiet. Il-kuntratt u l-atti notarili tal-għoti tal-George…
Messaġġi miżbugħa fuq propjetajiet pubbliċi u privati qed iqajmu tħassib dwar il-mottiv tagħhom. Waqt li xi rapporti qalu li dawn saru mis-Serbi, TVM Malta stħarreġ dwar dawn il-graffiti u l-lingwaġġ…
Il-Professur Arnold Cassola fi stqarrija qal li mhuwiex xogħol l-Alternattiva Demokratika li tqajjem is-suġġett dwar dibattitu rispettuż dwar l-abort. Cassola qal dan fl-isfond tal-filmat li xandret il-kandidat għall-MEP tal-AD, Mina Tolu,…
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, qal li l-Partit Laburista għandu jkollu kwart tal-kandidati għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li jkunu żgħażagħ. Fit-tnedija tal-kampanja START tal-Forum Żgħażagħ Laburisti, Dr Muscat…