Se jibda x-xogħol fuq ir-restawr tal-funtana ta’ Tritoni u Pjazza Kastilja

Il-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi dalgħodu ħabbar li s-sena d-dieħla se jkun qed jibda x-xogħol ta’ restawr fuq il-funtana tat-Tritoni u Pjazza Kastilja.

Fil-Parlament il-Ministru Mizzi qal li x-xogħol huwa maħseb li se jieħu sentejn u għandu jitlesta fil-bidu tal-2017.  Huwa qal li se jinbeda xogħol ta’ tisbiħ u riabilitazzjoni wkoll fiż-żona ta’ madwar il-Funtana tat-Tritoni u Pjazza Kastilja. Huwa fisser dawn il-proġetti bħala kbar u li għandhom il-potenzjal li jsaħħu l-Belt fl-irwol kulturali tal-Belt billi tiġi pprovduta l-infrastruttura u l-faċilitajiet meħtieġa bħala support għal dan l-għan.

Is-Sur Mizzi qal ukoll li tkompla xogħol ta’ preparament fuq proġett li se jara r-riorganizzazzjoni tal-parkeġġ fil-foss tal-Belt li min-naħa ta’ Marsamxett iwassal sa taħt il-Barrakka ta’ Fuq.

Semma li qed jiġu studjati diversi modi ta’ kif jista’ jiġi ffaċilitat id-dħul pedonali tal-pubbliku fil-Belt. Dan jinkludi l-ftuħ ta’ passaġġi eżistenti fil-Belt u l-Furjana. Qal ukoll li se jinbeda xogħol ta’ restawr fuq it-Torri ta’ Wignacourt ħdejn is-Sarria u fuq il-Funtana ta’ Wignacourt li hemm fil-ġnien ta’ San Filippu.

Rigward il-Belt Valletta qal li sar xogħol ta’ pavimentar fi Triq l-Ordinanza, restawr fuq sensiela ta’ monumenti tal-bronż u huwa ppjanat li s-sena d-dieħla jsir xogħol fi triq Mikiel Anton Vassalli, Triq it-Teżorerija u Strada Stretta.  Barra dan qal li qed jitfassal pjan komprensiv bil-għan li jkun hemm riġenerazzjoni u rijabilitazzjoni ta’ Strada Stretta.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar